Flora ta' Malta

Minn Wikipedija, l-enċiklopedija l-ħielsa
Aqbeż lejn: navigazzjoni, fittex
Widnet il-baħar
Pjanta nazzjonali ta' Malta
Palaeocyanus crassifolius

Id-distribuzzjoni tal-flora tal-gżejjer Maltin f' habitats differenti tista’, bejn wieħed u ieħor, tiġi klassifikata hekk - 40% tal-flora kollha tikber fuq art imqallba jew raba', 40% tikber fuq artijiet bil-blat (fosthom widien, truf tal-iskarpi, xagħri tal-korallina) u l-20% li jifdal tinsab f' habitats partikolari bħal xtajtiet ramlija, rdumijiet tal-korallina, bwar salmastri, eċċ

Il-ġabriet tal-flora ġeneralment jistgħu jiġu kategorizzati f'waħda minn tliet tipi, li ta' spiss jidħlu fuq xulxin:

  • 1. Il-veġetazzjoni li tifforma parti minn komunità fis-sensiela naturali, jiġifieri msaġar, makkji, garigi u steppi
  • 2. Komunitajiet ta' veġetazzjoni ta' habitats speċjalizzati:

- żoni rupestri

- komunitajiet kostali, pereżempju duni tar-ramel, xtut bil-blat, artijiet mistagħdra mielħa u bassasa kostali tranżitorji

- widien

  • 3.kommuntajiet ta' flora f'art imqallba.

Fl-imsaġar[editja]

Ħarrub
Ceratonia siliqua

L-imsaġar jew iżjed eżatt il-Foresti Sklerofilli tal-Mediterran, huma l-habitat l-iżjed tipiku tar-reġjun kollu tal-Mediterran u dan hu kkaratterizzat minn siġar u arbuxxelli sempreverdi b'weraq ħoxnin. Dawn huma l-quċċata tas-sensiela tal-veġetazzjoni (steppa –> gariga –> makkja –> msaġar).

F'Malta dan il-habitat inqered kważi għal kollox u illum baqa' ftit imsaġar żgħar. Il-ftit irqajja' li baqa' huma s-soltu dominati mill-Ballut (Quercus ilex) u huma meqjusin bħala fossili ħajjin ta' foresti antiki. L-ikbar erja hi dik tal-Ballut tal-Wardija li fiha siġar li hu maħsub li għandhom bejn 500 u 900 sena.

Il-Buskett, li l-parti kbira minnu tħawwel min-nies, illum kiseb ix-xeħta ta' masġar semi-naturali fejn is-siġar jirreġeneraw ruħhom b'mod naturali. Is-siġar ewlenin f'dawn l-erji huma ż-Żnuber (Pinus halepensis), il-Ballut (Quercus ilex), iż-Żebbuġ (Olea europea) u l-Ħarrub (Ceratonia siliqua).

Fil-makkji[editja]

Deru
Pistacia lentiscus

Il-habitat li jmiss fis-sensiela hu l-makkja, karatterizzata minn siġar żgħar u arbuxxelli kbar. Dan il-habitat hu relattivament mifrux fil-gżejjer Maltin u ta' nisel sekondarju. Xi makkji artifiċjali jistgħu jiżviluppaw fi msaġar. Il-komunitajiet tal-makkja aktarx insibuhom mal-ġnub tal-widien jew fil-qiegħ tal-wieden l-iżjed fondi, ma' blat imżerżaq jew taħt irdumijiet ta' ġewwa mill-baħar. Fost l-ispeċi tal-makkja insibu d-Deru (Pistacia lentiscus), ir-Rand (Laurus nobilis) u l-Ħarrub (Ceratonia siliqua) u ż-Żebbuġ (Olea europea) li daħħluhom il-bnedmin. Hemm grupp ta' siġar tal-Għargħar (Tetraclinis articulata) li jikbru f'komunità tat-tip tal-makkja li jistgħu ikunu l-fdal ta' msaġar antiki.

Fil-garigi[editja]

Sagħtar
Thymus capitatus

Il-gariga hi eko-sistema li tiżviluppa fuq xagħri tal-ġebla tal-ġir li jkun fihom ħafna ħofor u xquq. Hi kkaratterizzata minn arbuxxelli folti, baxxi u aromatiċi bħas-Sagħtar (Thymbra capitata) u l-Erika (Erica multiflora). Xi komunitajiet naturali tal-gariga jiffurmaw fuq art karsika waqt li oħrajn jiffurmaw bħala r-riżultat ta' degradazzjoni tal-komunitajiet tal-makkja. Fost l-ispeċi l-oħra tal-gariga hemm il-Klin (Rosmarinus officinalis), it-Tengħud tax-xagħri (Euphorbia melitensis), xitla endemika u bosta orkidi bħall-Orkida piramidali ta’ Malta (Anacamptis urvilleana).

Fl-isteppi[editja]

Berwieq
Asphodelus aestivus

Il-komunitajiet tal-isteppi, li huma komuni mal-gżejjer, is-soltu jiffurmaw minn makkji jew garigi li jiddegradaw minħabba raġunijiet differenti fosthom wisq bhejjem jirgħu fuqhom jew ħruq jew bħala komuntajiet naturali tal-isteppi li jinstabu pereżempju fuq art imżerżqa taflija. Fl-aħħar każ l-isteppi naturali qatt ma jsiru garigi għax ikunu laħqu l-ogħla li jistgħu jilħqu skont il-fatturi ambjentali tagħhom. Iż-żrieżaq taflin huma ddominati mill-Ħalfa (Lygeum spartum). Fost l-ispeċi tal-isteppi hemm ix-xtieli erbaċej, l-iżjed il-Poaceae, l-Apiaceae, il-Fabaceae u l-ispeċi tuberużi u bulbużi bħall-Berwieq Asphodelus aestivus u l-Għansar 'Urginea maritima.

Fl-irdumijiet[editja]

Tulliera ta’ Malta
Chiliadenus bocconei

Il-veġetazzjoni rupestra, li hu t-terminu mogħti lil dawk l-ispeċi tax-xtieli li jgħixu mal-uċuħ tal-irdumijiet, hi waħda mill-habitats l-iżjed importanti għall-veġetazzjoni lokali billi tipprovdi l-aħħar refuġju mill-indħil mill-bniedem. L-irdumijiet li jinsabu man-naħat tan-nofsinhar u l-punent tal-gżejjer jgħixu fihom ħafna speċi endemiċi l-iżjed dawk li għandhom affinità mal-Afrika ta' Fuq. Mal-irdumijiet ix-xtieli jadattaw ruħhom biex jgħixu f'postijiet esposti ħafna u melħin u fuq l-uċuħ weqfin tal-irdumijiet jisfruttaw l-iċken irqajja' ta' ħamrija u sediment li jinqabdu fix-xquq jew xfar. Ix-xtieli li jikbru fl-irdumijiet qalb blat imfarrak jużaw il-kenn li jipprovdu xi ġebel kbar u xi xquq. Fost l-ispeċi endemiċi li jikbru mal-uċuħ tal-irdumijiet insibu l-Widnet il-baħar (Palaeocyanus crassifolius) u l-Bjanka ta’ l-irdum (Cremnophyton lanfrancoi) flimkien max-Xebb (Darniella melitensis), il-Limonju ta’ Malta (Limonium melitensis), il-Tulliera ta’ Malta (Chiliadenus bocconei) u s-Sempreviva t’Għawdex (Helichrysum melitense). Fost l-speċi li mhumiex ristretti għall-Gżejjer Maltin, insibu xi wħud li huma mifruxin biss madwar il-Mediterran, bħall-Fexfiex tal-irdum (Triadenia aegyptica), il-Kruċanella (Crucianella rupestris), is-Siġra tal-ħarir (Periploca angustifolia) u l-Papoċċa bajda (Antirrhinum siculum).

Ma' xatt il-baħar[editja]

Xorbett
Inula crithmoides

Il-gżejjer Maltin, kif inhuma mdawwrin bil-baħar, fihom ħafna habitats kostali karatterizzati mill-alofili, jiġifieri xtieli li jistgħu jinqdew b'ammonti żgħar ta' ħamrija mielħa. Fost dawn insibu xi wħud li huma endemiċi, ristretti għal dan it-tip ta' ambjent, bħall-Limonju ta’ Zerafa (Limonium zeraphae) u l-Bebuna tal-baħar (Anthemis urvilleana). Insibu wkoll is-Siġra tal-bruk (Tamarix africana), l-Almeridja tal-blat (Arthrocnemum macrostachyum), ix-Xorbett (Inula crithmoides) u l-Ħaxixa tal-irmied (Salsola soda).

Fil-bwar salmastri[editja]

Simar tal-ilma
Juncus subulatus

F'bosta postijiet max-xtajta, nistgħu insibu wkoll għadd ta' rqajja' baxxi li jimtlew bl-ilma matul ix-xita. It-taħlita tal-ilma mielaħ mat-tajn u l-ilma ħelu tifforma art mistgħadra salmastra. L-evaporazzjoni tal-ilma fis-sajf iżżid ħafna l-imluħa tal-ilma u tista' tnixxef il-bur għal kollox u tħalli għadajjar ta' tajn mielaħ. Però, minkejja dawn il-kundizzjonijiet ħorox u ibsin xi speċi ta' xtieli jgħixu f'dan il-habitat. Hemm wieħed minn dawn il-habitats Marsaxlokk, u dan ġie ddikjarat riżerva naturali fl-1993. Dan il-habitat jagħmilha ta' interfaċċja bejn l-ambjenti tal-baħar, tal-ilma ħelu u tal-art u hu kkolonizzat minn xtieli alofili bħall-Limonju tal-baħar (Limonium virgatum) and u t-tliet speċi tal-Juncus – Is-Simar niggież (J. acutus), is-Simar tal-ilma (J. subulatus) u s-Simar tal-baħar (J. maritimus).

Fid-duni tar-ramel[editja]

Pankrazju
Pancratium maritimum

Ftit 'l bogħod mill-ftit xtut bir-ramel li għandhom il-gżejjer, l-aħħar qabda ta' duni jew għaram li baqa' jissaraw kontra l-indħil tal-bnedmin biex jibqgħu ħajjin. Dawn id-duni sofrew ħafna degradazzjoni u taqlib u saru habitats mhedda għall-aħħar li fihom xi xtieli rari ħafna. Xi wħud bħall-ħaxix Ammophila littoralis diġà saru estinti. Illum dawn il-habitats saru ddominati mill-ħxejjex tad-duni Elytrigia juncea u Sporobolus arenarius. Nistgħu ngħidu l l-quċċata hi s-siġra tal-Bruk Tamarix africana li tikber ftit 'il ġewwa mill-baħar. Fost l-ispeċi l-oħra nsibu l-Cakile maritima, l- Eryngium maritimum u l-Pankrazju Pancratium maritimum.

Fl-ilma ħelu[editja]

Il-Qasba l-Kbira
Arundo donax

Habitats tal-ilma ħelu huma skarsi f'Malta u Għawdex l-iżjed fix-xhur tas-sajf. Fix-xitwa l-ilma jinġabar ġo għadajjar żgħar fil-blat u xi speċi tal-ilma ħelu jgħixu fihom għal żmien qasir. F'xi widien insibu wkoll xi għadajjar u għejun u dawn jista' jkun fihom speċi li huma meqjusin bħala rari minħabba l-iskarsezza ta' dawn il-habitats. Il-maġġoranza tax-xtieli Maltin li jgħixu f' habitats tal-ilma ħelu aktarx insibuhom fil-qigħan tal-widien meta dawn ikun mimlijin bl-ilma fix-xitwa. Il-Qasba l-kbira, Arundo donax insubuha fejn ikun hemm l-ilma.

Fl-art imqallba[editja]

Xewk tal-Madonna
Silybum marianum

Billi l-gżejjer Maltin għandhom densità ta' popolazzjoni għolja ħafna u kważi l-art kollha hi wżata, dan it-tip ta' komunità hu mifrux ħafna. Il-habitats imsemmijin iżjed 'l fuq kollha ġew affettwati ftit jew wisq minn fatturi antropoġeniċi u għalhekk l-ebda parti mill-gżejjer ma nistgħu ngħidu li hi fi stat tassew naturali. B'art imqallba hawn infissru art li soffriet ħafna degradazzjoini minħabba l-impatt uman dirett. Hawn insibu xi speċi reżistenti li jistgħu jibqgħu jgħixu f'kondizzjonijiet fqar u speċi barranin li kellhom suċċess rimarkabbli fil-kolonizzazzjoni ta' art bħal din, u jużawha biex minnha jinfirxu ma' ħafna postijiet għad-dannu tal-ispeċi indiġeni. Fix-xhur tax-xita nistgħu naraw b'mod partikulari l-varjetà kbira ta' xtieli li sfruttaw l-art imqallba. Maż-żmien jista' jkun li dawn il-habitats jibdew irabbu xi speċi ħatbin u jerġgħu lura għal stat semi-narurali.

Fost l-ispeċi barranin li jikbru fl-art imqallba bħall-ġnub tat-toroq u l-għelieqi mitluqin insibu l-Ħaxixa Ingliża Oxalis pes-caprae, is-siġra tar-Riġnu Ricinus communis, is-Settembrina salvaġġa Aster squamatus, il-Lellux Chrysanthemum coronarium, il-Ġarġir isfar Diplotaxis tenuifolia u l-Bajtar tax-xewk Opuntia ficus-indica, flimkien mal-ispeċi tal-Akaċja u l-Ewkaliptu. Fl-art imqallba nsibu wkoll il-Buqexrem Verbena officinalis, il-Fidloqqom Borago officinalis, ix-Xewk tal-Madonna Silybum marianum, il-Leblieb tax-xagħri Convolvulus althaeoides u l-Pepprin Papaver rhoeas.

Fil-bini antik[editja]

Papoċċi ta’ Malta
Linaria pseudolaxiflora

Il-bini antik bħas-swar u l-fossijiet spiss joffru refuġju għall-flora lokali li mingħajru ma jistgħux ikomplu. Il-ħitan għoljin is-soltu ma jistgħux jintlaħqu (jekk ma jitnaddfux) u jħallu xi xtieli jikbru ( li jistgħu ikunu ta' ħsara għall-bini jew le). Fuq is-swar insibu xi speċi partikulari bħall-Papoċċi ta’ Malta Linaria pseudolaxiflora, ix-Xewk Malti Centaurea melitensis u x-Xebb Darniella melitensis.

Il-Forestazzjoni[editja]

Fl-imgħoddi xi programmi ta' forestazzjoni ħalqu imsaġar zgħar bħal tal-Miżieb, tal-Aħrax tal-Mellieħa, ta' tal-Pietà, ta' Fort Chambray (l-Imġarr) u ta' Kennedy Grove (is-Salini). Però l-ebda wieħed minn dawn l-imsaġar ma nistgħu ngħidulhom naturali u f'xi każi l-għażla ta' siġar u l-metodi li ntużaw ma kinux adattati. Forestazzjoni fuq skala iżgħar qed issir ukoll fir-Riżerva Naturali ta' Wied Għollieqa.

Lista tal-flora ta' Malta[editja]

Lista alfabetika skont l-isem Malti[editja]

Hemm xi 16-il speċi ta' xtieli vaskulari li jinstabu biss f'Malta fosthom il-pjanta nazzjonali ta' Malta, Widnet il-baħar. Fost ix-xtieli endemiċi l-oħra insibu it-Tewm irqieq ta' Malta, il-Bjanka tal-irdum, il-Kurrat selvaġġ ta' Malta, il-Bebuna tal-baħar, it-Tulliera ta’ Malta, is-Sempreviva ta' Għawdex, it-Tengħud tax-Xagħri, iż-Żagħfran tal-blat, iż-Żigland ta' Għawdex, il-Brimba sewda, l-Orkida piramidali ta' Malta, ix-Xebb, il-Limonju ta’ Malta, il-Limonju ta’ Zerafa, u l-Ħarira tal-ilma.

Dawn huma mmarkati b' E

  • A
  • B
  • Ċ
  • D
  • E
  • F
  • Ġ
  • G
  • H
  • Ħ
  • I
  • J
  • K
  • L
  • M
  • N
  • O
  • P
  • Q
  • R
  • S
  • T
  • U
  • V
  • W
  • X
  • Ż
  • Z
  • Mingħajr isem bil-Malti

Lista alfabetika skont l-isem bil-Latin[editja]

Acacia cyanophylia Gazzija

Acanthus mollis Ħannewija

Adiantum capillus-veneris Tursin il-bir

Adonis microcarpa Għallet is-serduq

Agave americana Sabbara tal-Amerika

Ajuga iva Xantkura

Alisma plantago-aquatica Biżbula tal-ilma

Allium lojaconoi Tewm irqieq ta' Malta

Allium melitense Kurrat selvaġġ ta' Malta

Allium roseum Tewm ħamrani

Allium subhirsutum Tewm muswaf

Anacamptis pyramidalis Ħajja u mejta

Anacamptis urvilleana Orkida piramidali ta' Malta

Anagallis arvensis caerulea Ħarira kaħla

Anagallis arvensis phoenicea Ħarira ħamra

Anagyris foetida Ful tal-klieb

Anchusa azurea Ilsien il-fart ikħal

Anemone coronaria Kaħwiela

Anthemis arvensis Bebuna tar-raba'

Anthemis urvilleana Bebuna tal-baħar

Anthyllis hermanniae Ħatba sewda

Anthyllis vulneraria Silla tal-blat

Antirrhinum majus subsp. tortuosum Papoċċa ħamra

Antirrhinum siculum Papoċċa bajda

Arisarum vulgare Garni tal-pipi

Arthrocnemum macrostachyum Almeridja tal-blat

Arum italicum Garni

Arundo donax Qasba l-kbira

Asparagus aphyllus Sprag xewwieki

Asperula cynanchica

Asphodelus aestivus/ramosus/microcarpus Berwieq

Asphodelus fistulosus Berwieq żgħir

Aster squamatus Settembrina selvaġġa

Astragalus boeticus Kafè Messikan

Atriplex halimus Bjanka

Avena sterilis Ħafur kbir

Bellardia trixago Perlina bajda

Bellis annua Bebuna

Bellis sylvestris Margerita selvaġġa

Borago officinalis Fidloqqom

Brassica rapa Liftija

Briza maxima Beżżulet il-qattusa

Cakile maritima Ravastrell/Kromb il-baħar

Calamintha nepeta Kammilta

Calendula arvensis Suffejra tar-raba'

Capparis spinosa ssp. orientalis Kappar

Capsella bursa-pastoris Ġarġir il-ġemel

Carlina gummifera Xewk tal-miskta

Carlina involucrata Sajtun

Carthamus lanatus Xewk ta' Kristu

Carthamus lanatus ssp. baeticus Xewk ta' Kristu

Celtis australis Bagular

Centaurea melitensis Xewk Malti

Centaurea nicaeensis Xewk tal-għotba

Centaurium erythrea Ċentawrija

Ceratonia siliqua Ħarrub

Cercis siliquastrum Siġra ta' Ġuda

Cerinthe major Qniepen

Chamaerops humilis Gummar safrani

Chara spp. Kara

Chenopodium sp. Għobbejra

Chiliadenus bocconei Tulliera ta' Malta

Chiliadenus saxatilis Tulliera salvaġġa

Chrozophora tinctoria Turnasol

Chrysanthemum coronarium Lellux

Cichorium intybus Ċikwejra

Cichorium spinosum Qanfuda

Cistus creticus Ċistu roża

Clematis cirrhosa Il-kiesħa

Colchicum cupanii Busieq

Convolvulus althaeoides Leblieb tax-xagħri

Convolvulus arvensis Leblieb tar-raba'

Convolvulus oleifolius Leblieb tal-blat

Convulvulus sp. (fosthom cantabrica u pentapetaloides) Leblieb

Conyza bonariensis Żagħżigħa selvaġġa

Crataegus azarolus Għanzalor

Crataegus monogyna Żagħrun

Cremnophyton lanfrancoi Bjanka tal-irdum

Crocosmia x aurea Mombreżja

Crocus longiflorus Żagħfran salvaġġ

Crucianella rupestris Kruċanella

Cupressus sempervirens Ċipress

Cynara cardunculus Qaqoċċ tax-xewk

Cynodon dactylon Niġem

Cynoglossum creticum Ilsien il-kelb

Cynomorium coccineum Faqqiegħ ta' Malta

Cynosurus cristatus Denb il-kelb

Cyperus longus Bordi

Daldinia concentrica Ballun tas-siġar

Damasonium bourgei Damasonju

Darniella melitensis Xebb

Datura innoxia Sigriet ir-rizzi

Daucus carota Zunnarija selvaġġa

Delphinium halteratum Sieq il-ħamiema vjola

Diplotaxis erucoides Ġargir abjad

Diplotaxis erucoides Ġarġir abjad/tal-ġojjini

Diplotaxis tenuifolia Ġarġir isfar

Dittrichia viscosa Tulliera komuni

Echallium elaterium Faqqus il-ħmir

Echium italicum Ilsien il-fart abjad

Echium plantagineum L. Ilsien il-fart ikħal ta' fjura kbira

Echium parviflorum Ilsien il-fart żgħir

Elytrigia juncea Elitriġja

Ephedra fragilis Efedra

Epilobium tetragonum

Erica multiflora Erika

Erodium laciniatum Miskta tar-ramel

Erodium malacoides Moxt

Erodium moschatum Ħaxixa tal-misk

Eryngium maritimum Erinġju tal-baħar

Euphorbia dendroides Tengħud tas-siġra

Euphorbia helioscopia Tengħud tax-xemx

Euphorbia melitensis Tengħud tax-xagħri

Euphorbia pinea Tengħud komuni

Evax Evaks

Fedia graciliflora Sieq il-ħamiema

Ferula communis Ferla

Ficus carica Tina

Foeniculum vulgare Bużbież

Fraxinus angustifolia Fraxxnu tal-werqa dejqa/Siġar tal-paċenzja

Freesia refracta Friżja

Fumana arabica Ċistu isfar

Fumana thymifolia Ċistu żgħir

Fumaria capreolata Daħnet l-art

Galactites tomentosa Xewk abjad

Ganoderma sp Lixka

Geranium purpureum

Gladiolus communis subsp. byzantinus Gladjoli

Gladiolus italicus Ħabb il-qamħ

Glaucium flavum Pepprin isfar

Gynandriris sisyrinchium Fjurdulis salvaġġ

Hedera helix Liedna

Hedysarum coronarium Silla

Helichrysum melitense Sempreviva ta' Għawdex

Heliotropium europaeum Vanilja bajda

Holoschoenus vulgaris Simar tal-boċċi

Hordeum leporinum Nixxief komuni/Bunexxief

Hyoscyamus albus Mammażejża

Hyoseris frutescens Żigland ta' Għawdex

Hyoseris radiata Żigland tal-pizzi

Hypericum pubescens Fexfiex sufi

Hypericum triquetrifolium Fexfiex tar-raba'

Inula crithmoides Xorbett

Iris pseudopumila Bellus

Juncus acutus Simar niggież

Juncus maritimus Simar tal-baħar

Juncus subulatus Simar tal-ilma

Lagurus ovatus Denb il-liebru kbir

Lamarckia aurea Xkupilja

Lamium maculatum

Lathyrus clymenum (sin: articulatus) Ġilbiena tas-serp

Laurus nobilis Rand

Lavatera arborea Ħobbejża tas-siġra

Lavatera cretica Ħobbejża wieqfa

Lavatera trimestris Ħobbejża tal-warda kbira

Leontodon tuberosus Żigland tal-għerq

Limonium melitensis Limonju ta’ Malta

Limonium virgatum Limonju tal-baħar

Limonium zeraphae Limonju ta’ Zerafa

Linum angustifolium/Linum bienne Kittien salvaġġ

Kickxia elatine Xatbet l-art

Linaria pseudolaxiflora Papoċċi ta’ Malta

Lobularia maritima Buttuniera

Lonicera implexa Qarn il-mogħża

Lotus edulis Qrempuċ

Lotus ornithopodioides Qrempuċ tal-mogħoż

Lotus tetragonolobus Fiġġiela ħamra

Lycium intricatum Għawseġ

Lygeum spartum Ħalfa

Lythrum hyssopifolia Litrum tal-għadajjar

Lythrum junceum Litrum tal-ilma

Malva sylvestris Ħobbejża komuni

Matthiola tricuspidata Ġiżi tal-baħar

Mentha pulegium Plejju

Mercurialis annua Burikba

Mesembryanthemum nodiflorum Kristallina komuni/Kristallina tal-blat

Mespilus germanica Fomm il-lipp/Naspli Tedeski

Micromeria microphylla Xpakkapietra

Mirabilis jalapa Ħommejr

Misopates orontium Papoċċa rqiqa

Morus nigra Tut

Muscari comosum Basal il-ħnieżer

Myrtus communis Riħan

Narcissus serotinus Narċis imwaħħar

Narcissus tazetta Narċis

Nauplius aquaticus Għajn il-baqra tax-xatt

Nerium oleander Oljandru

Nicotiana glauca Tabakk tas-swar

Nigella damascena Sieq il-brimba

Notobasis syriaca Xewk tax-xitan

Olea europea Żebbuġ

Ophrys bombyliflora Naħla

Ophrys speculum Dubbiena kaħla

Ophrys sphegodes Brimba Sewda

Opuntia ficus-indica Bajtar tax-Xewk

Orchis collina Orkida ħamra

Orchis conica Orkida tat-tikek

Ornithogalum arabicum Ħalib it-tajr kbir

Ornithogalum narbonense Ħalib it-tajr żgħir

Orobanche muteli Budebbus tal-Ingliża

Oxalis pes-caprae Ħaxixa Ingliża/Qarsu

Palaeocyanus crassifolius Widnet il-baħar

Palienis spinosa Għajn il-baqra xewwikija

Paliurus spina-christi Xewk tal-Kuruna

Pancratium maritimum Pankrazju

Papaver rhoeas Peprin

Papaver setigerum Xaħxieħ vjola

Parentucellia viscosa Perlina safra

Parietaria Judaica Xeħt ir-riħ

Periploca angustifolia Siġra tal-ħarir

Petalophyllum ralfsii Ħass il-bir

Phagnalon graecum ssp. ginzbergeri Lixka komuni

Phillyrea latifolia Fillirja ta’ werqa wiesgħa

Phillyrea media Fillirja

Phlomis fruticosa Salvja tal-Madonna

Physantylla tetraphyllis Silla tal-bżieżel

Picris echioides Pikris

Pinus halepensis Żnuber

Pistacia lentiscus Deru

Pistacia x saportae Deru bagħal

Pistacia terebinthus Skornabekk/Terebintu/Siġra tat-trementina

Plantago lagopus Biżbula komuni

Plantago serraria Biżbula tas-snien

Populus alba Luq

Potentilla reptans Frawli selvaġġ

Prasium majus Te sqalli

Prunus dulcis Lewż

Prunus spinosa Prajn tax-xewk

Psoralea bituminosa Silla tal-mogħoż

Punica granatum Rummien

Pyrus amygdaliformis Lanġas lewżi

Pyrus pyraster Lanġas selvaġġ

Pyrus syriaca Lanġas bagħal

Quercus ilex Ballut

Raphanus raphanistrum Ravanell salvaġġ

Ranunculus aquatilis/saniculaefolius/trichophillus Ċfolloq tal-ilma

Ranunculus bulbosus Ċfolloq

Ranunculus ficaria Fomm-il-għeliem

Reseda alba Denb il-ħaruf

Rhamnus alaternus Alaternu

Rhamnus oleoides Żiju

Rhus coriaria Xumakk tal-konz

Ricinus communis Riġnu

Romulea columnae Żagħfran tal-blat

Romulea melitensis Żagħfran tal-blat

Rosa sempervirens Girlanda tal-wied

Rosmarinus officinalis Klin

Rubia peregrina Robbja selvaġġa

Rubus ulmifolius Għollieq

Rumex conglomeratus Qarsajja tal-ilma

Salix alba Safsaf kbir/Żafżaf kbir

Salix pedicellata Safsaf żgħir/Żafżaf żgħir

Salvia verbenaca Salvja selvaġġa

Scabiosa marittima Skabjoza

Scilla autumnalis Għansar tal-ħarifa

Scilla sicula Għansar ikħal

Scolymus hispanicus Xewk isfar tar-ramel

Scopiurus sp. Widna

Scrophularia peregrina Nittiena

Sedium sediforme Sedum

Sedum caeruleum Beżżul il-Baqra

Sedum sediforme Sedum

Senecio bicolor Kromb il-baħar isfar

Senecio vulgaris Kubrita

Setaria adhaerens Xrika komuni

Sherardia arvensis Ħarxajja roża

Sideritis romana

Silene colorata Ilsien l-Għasfur

Silene vulgris Qażqajża

Silybum marianum Xewk tal-Madonna

Smilax aspera Pajżana

Smyrnium olusatrum Karfus il-ħmir

Solanum nigrum Għeneb id-dib

Solanum villosum Tuffieħ is-serp

Sonchus Olearceus/Tenerrinus Tfief

Spartium junceum Ġenistra safra

Spiranthes spiralis Bajdet il-fenek

Sporobolus arenarius

Stachys ocymastrum

Stellaria pallida Ħarira bajda

Tamarix africana Bruk

Tetraclinis articulata Għargħar

Teucrium flavum Borgħom komuni

Teucrium fruticans Żebbuġija

Thymus capitatus Sagħtar

Tordylium apulum Ħaxixet it-trieraħ

Triadenia aegyptica Fexfiex ta’ l-irdum

Trifolium nigrescens Xnien abjad

Tropaeleum majus Kapuċċinell

Tulipa sylvestris Tulipan salvaġġ

Typha domingensis Buda

Ulmus canescens [=Ulmus minor subsp. canescens] Nemmiesa/Siġar tan-nemus

Ulmus minor[=Ulmus minor subsp. minor] Ulmu komuni

Urginea maritima Għansar

Urospermum picroides Tfief xewwieki

Urtica dubia Ħurrieq

Verbascum sinuatum Xatbet l-andar

Verbena officinalis Buqexrem

Vicia sativa Ġilbiena sewda

Vitex agnus-castus Sigra tal-virgi/Għadib

Vitis vinifera Dielja

Xanthoria sp Ksantorja

Zanichellia melitensis Ħarira tal-ilma

Sorsi[editja]

Native Plants of the Maltese Island

Wild Plants of Malta

Nature Trust (Malta)

[1]

[2]

Maltese wild flowering plants on the net