Festival tal-Eurovision taż-Żgħar 2008

Minn Wikipedija, l-enċiklopedija l-ħielsa

Il-Festival tal-Eurovision taż-Żgħar 2008 kien is-sitt edizzjoni tal-Festival tal-Eurovision taż-Żgħar. Sar ġewwa ċ-Ċentru Atlettiku Spyros Kyprianou f'Limassol magħruf ukoll bħala 'Palais des Sports'. Ċipru rebaħ d-dritt li jospitta dan il-festival wara li rebaħ il-polza fuq il-Portugall, is-Serbja, l-Iżvezja u l-Ukrajna. Kien l-ewwel Festival tal-Eurovision taż-Żgħar li ma hadux sehem fih pajjiżi ġodda.

It-tim ta' produzzjoni għall--Eurovision taż-Żgħarl 2008 ġie magħżul mill-EBU. Kleitos Kleitou (id-direttur ta' CyBC, u kif ukoll id-direttur tal-għażla Ċiprijotta fil-Festival tal-Eurovision 2007 li sar ġewwa Ħelsinki) kien id-direttur tal-Final Nazzjonali Ċiprijott għall-għażla Ċiprijotta għall-Festival tal-Eurovision taż-Żgħar 2007 li sar f'Rotterdam. Is-Sur Kleitou kien ukoll id-direttur tal-Festival tal-Eurovision taż-Żgħar 2008. Despo Karpi se jkun il-producer tal-festival u s-Sur Munro Forbes, kollaboratur ta' CyBC għal sentejn, se jkun l-producer eżekutiv. Dawn in-nies ġew approvati mill-EBU li raw ix-xogħol tat-tim minn kompetizzjoijiet ta' qabel li saru f'Ċipru u qablu li jaħdmu fuq dan il-proġett.

Taw tnax il-punt bħala bonus points lil kulħadd bħala prosit tax-xogħol li għamlu filgħaxija fis-serata.I-Rebħa tà dan il-festival kienu il-Ġeorġja bil-grupp Bzikebi bid-diska Bzz... Din id-diska hija biss bi 2 ittri mil-alfabett u puntjegatura li huma l-ittra B, l-ittra Z u l-puntjegatura . .Diska ħelwa immens.Fl-ahhar post ġew il-Bulgarija li hadu tlett punti biss mil- Maċedonja

# Pajjiż Artist/a/i Kanzunetta Pożizzjoni Punti
1 Rumanija Rumanija TVR Mădălina & Andrada Salvaţi Planeta 09 058
2 Armenja Armenja AMPTV Monika Manucharova Im Ergi Hnchyune 08 059
3 Bjelorussja Belarus BTRC Dasha, Alina & Karina Sertse Belarusi 06 086
4 Russja Russja RTR Mihail Puntov Spit Angel 07 073
5 Greċja Greċja ERT Niki Yiannouchu Kapoia Nychta 14 019
6 ĠeorġjaĠeorġja GPB Bzikebi Bzz... 01 154
7 Belġju Belġju VRT Oliver Shut up 11 045
8 Bulgarija Bulgarija BNT Krestiana Kresteva Edna Mechta 15 015
9 Serbja Serbja RTS Maja Mazić Uvek Kad U Nebo Pogledam 12 037
10 Malta Malta MBA Daniel Testa Junior Swing 04 100
11 Netherlands Olanda AVRO Marissa 1 Dag 13 017
12 Ukrajna Ukrajna NTU Victoria Petryk Matrosy 02 135
13 Litwanja Litwanja LRT Eglė Jurgaitytė Laiminga Diena 03 103
14 Maċedonja ta' Fuq Maċedonja MKRTV Bobi Andonov Prati Mi SMS 05 093
15 Ċipru Ċipru CyBC Elena Mannouri & Charis Savva Gioupi Gia! 10 046