Fenek tal-istrixxi ta' Sumatra

Minn Wikipedija, l-enċiklopedija l-ħielsa
Aqbeż lejn: navigazzjoni, fittex
Fenek tal-istrixxi ta' Sumatra
Fenek tal-istrixxi ta' Sumatra (N. netscheri),.JPG
Fenek tal-istrixxi ta' Sumatra jew Fenek tal-widnejn qosra ta' Sumatra Nesolagus netscheri
Klassifikazzjoni xjentifika
Renju: Animalia
Filu: Chordata
Klassi: Mammalia
Sottoklassi: Theria
Infraklassi: Eutheria
Superordni: Euarchontoglires
Ordni: Lagomorpha
Familja: Leporidae
Ġeneru: Nesolagus
Speċi: N. netscheri
Isem binominali
Nesolagus netscheri
Schlegel, 1880


Il-Fenek tal-istrixxi ta' Sumatra Nesolagus netscheri jew kif inhu magħruf ukoll Fenek tal-widnejn qosra ta' Sumatra jew Fenek Sumatran, huwa mammiferu plaċentat erbivoru tal-familja Leporidae fl-ordni Lagomorpha.

Dan il-fenek huwa ristrett għal foresti tal-muntanja fil-Punent u l-Lbiċ ta' Sumatra, hemm rekord wieħed biss fl-1972 minn "Gunung Leuser National Park" fil-Majjistral ta' Sumatra u rapport ta' avvistament fl-1978 fil-qrib tal-"Muntanja Kerinci". Kważi ir-rekords kollha ta' din l-ispeċi ġejjin minn żoni fejn ikabbru l-pjanti tat-te u l-kafe fejn il-foresta ġiet maqtugħha, f'għoli ta' bejn 600 metru u 1,600 metru. L-ambjent huwa kollu foresta tal-muntanja li tikber fuq ħamrijja vulkanika u l-Fenek tal-istrixxi ta' Sumatra jiekol il-ħxejjex li jikbru fil-livell ta' taħt is-siġar u mhux fejn hemm il-ftuħ jew saret xi tip ta' deforestazzjoni. Dan il-fenek huwa notturn u matul il-ġurnata jistaħba f'bejtiet jew f'toqob taħt l-art qalb l-egħruq tas-siġar.

Il-Fenek tal-istrixxi ta' Sumatra huwa imniżżel bħala speċi f'periklu kritiku ta' estinzjoni minħabba telf ta' abitat minn deforestazzjoni. Minn dan il-fenek ftit li xejn inqabdu eżemplari u ħafna drabi jkunu għaddew snin twal bejniethom u l-unika Fenek Sumatran li nżamm barra mill-ambjent naturali tiegħu miet fi ftit żmien. Dan kien maħsub li huwa fenek monotipiku, l-unika speċi fil-ġeneru Nesolagus sakemm ftit snin ilu instab il-Fenek tal-istrixxi ta' Annam Nesolagus timminsi, fil-muntanji ta' Annamite bejn Laos u Vjetnam.

[editja] Distribuzzjoni

Il-Fenek tal-istrixxi ta' Sumatra Nesolagus netscheri huwa speċi ta' fenek rari ħafna endemiku tal-Indonesja li jinsab biss fil-foresta tal-Muntanji Barisan fil-Punent tal-gżira ta' Sumatra.

[editja] Klassifikazzjoni

[editja] Referenzi

  • Lagomorph Specialist Group (1996). Nesolagus netscheri Fil-Periklu kritiku ta' estinzjoni. 2006 IUCN Red List of Threatened Species. IUCN 2006. Informazjoni mniżla fid- 9 ta' Novembru 2006.
Għodda personali
Spazji tal-isem

Varjanti
Azzjonijiet
Navigazzjoni
Komunità
Għodda
F'lingwi oħrajn