Fenek ta' denbu qotni tal-muntanji ta' Davis

Minn Wikipedija, l-enċiklopedija l-ħielsa
Aqbeż lejn: navigazzjoni, fittex
Fenek ta' denbu qotni tal-muntanji ta' Davis
Klassifikazzjoni xjentifika
Renju: Animalia
Phylum: Chordata
Klassi: Mammalia
Sottoklassi: Theria
Infraklassi: Eutheria
Superordni: Euarchontoglires
Ordni: Lagomorpha
Familja: Leporidae
Ġeneru: Sylvilagus
Speċi: S. robustus
Isem binominali
Sylvilagus robustus
(Bailey, 1905)


Il-Fenek ta' denbu qotni tal-muntanji ta' Davis jew Denb qotni tal-muntanji ta' Davis jew Fenek robust, li hu magħruf xjentifikament bħala Sylvilagus robustus huwa mammiferu plaċentat tad-Dinja l-Ġdida u membru tal-familja Leporidae (leporidu), fl-ordni Lagomorpha (lagomorfu). Dan id-denb qotni huwa nattiv tal-kontinent ta' l-Amerika ta' fuq, endemiku tal-iStati Uniti.

Dan id-denb qotni huwa simili ħafna tal-Fenek ta' denbu qotni tal-Lvant Sylvilagus floridanus u diffiċli ħafna biex jingħarfu minn xulxin. Il-Fenek ta' denbu qotni tal-muntanji ta' Davis Sylvilagus robustus żmien ilu kien meqjus bħala sottospeċi tal-Fenek ta' denbu qotni tal-Lvant.

Distribuzzjoni[editja]

Il-Fenek ta' denbu qotni tal-muntanji ta' Davis huwa speċi ta' denb qotni li hija ristretta u għanda distribuzzjoni fuq il-muntanji Davis biss, endemiku tal-istat tat-Texas, fl-iStati Uniti f' arja mhux protetta bejn Guadalupe u l-Park Nazjonali ta' Big Bend.

Klassifikazzjoni[editja]

Dan il-fenek huwa 1 minn 9 speċi ta' dnieb qotna, li qegħdin klassifikati fis-sottoġeneru Sylvilagus u m' hemmx sottospeċi rikonoxxuti.

Sinonimi[editja]

"Sylvilagus floridanus robustus" huwa sinonimu jew l-istess bħal u jirreferi għal Sylvilagus robustus ta' Bailey, 1905.

Referenzi[editja]