Fenek ta' denbu qotni tal-Messiku

Minn Wikipedija, l-enċiklopedija l-ħielsa
Aqbeż lejn: navigazzjoni, fittex
Fenek ta' denbu qotni tal-Messiku
Klassifikazzjoni xjentifika
Renju: Animalia
Phylum: Chordata
Klassi: Mammalia
Ordni: Lagomorpha
Familja: Leporidae
Ġeneru: Sylvilagus
Speċi: S. cunicularius
Isem binominali
Sylvilagus cunicularius
(Waterhouse, 1848)
Mexican Cottontail area.png
Firxa tal-Fenek ta' denbu qotni tal-Messiku


Il-Fenek ta' denbu qotni tal-Messiku li hu magħruf xjentifikament bħala Sylvilagus cunicularis huwa mammiferu plaċentat tad-Dinja l-Ġdida u membru tal-familja Leporidae (leporidu), fl-ordni Lagomorpha (lagomorfu). Dan id-denb qotni huwa nattiv tal-kontinent ta' l-Amerika ta' fuq, endemiku tal-Messiku.

Il-Fenek ta' denbu qotni tal-Messiku jinsab f' ħafna tipi ta' abitat, minn foresti temperati għal-foresti tropikali xotti u semi-xotti b' siġar li jwaqgħu l-weraq, mill-livell tal-baħar sa elevazzjonijiet ta' 'l fuq minn 4,300m.

Distribuzzjoni[editja]

Il-Fenek ta' denbu qotni tal-Messiku għandu distribuzzjoni mal-pjanuri ċentrali mal-kosta tal-Paċifiku, sal-Messiku ċentrali. Dan id-denb qotni mifrux mil-livell tal-baħar sa elevazjonijiet ta' madwar 4,300 metru fil-Messiku ċentrali.

Din l-ispeċi għadha komuni fiċ-ċentru tal-Messiku fil-foresti tal-pinu u tal-pinu-kwerċa b' ħafna ħaxix taħt is-siġar. Il-Fenek ta' denbu qotni tal-Messiku jinsab f' arja vasta matul il-mountanji Transvulkaniċi ukoll, speċjalment fuq il-vulkani Popocatepetl, Iztaccihualtl, Pelado u Nevado de Trluca. Fil-Punent jinsab fil-foresti xotti b' siġar li jwaqgħu l-weraq, iżda huwa ferm aktar komuni fuq artijiet fejn jirgħu n-nagħaġ u fin-Nofs in-nhar ta' Sinalao lejn in-Nofs in-nhar għall-Punent ta' Michoacan dan jinsab mill-pjanuri tal-kosta mal-livell tal-baħar sa mal-ġnub tal-għoljiet u l-muntanji.

Klassifikazzjoni[editja]

Dan id-denb qotni huwa 1 minn 9 speċi li qegħdin klassifikati fis-sottoġeneru Sylvilagus u l-ispeċi maqsuma minn ta' linqas f' 2 sottospeċi rikonoxxuti.

Referenzi[editja]