Fenek ta' denbu qotni tal-Lvant

Minn Wikipedija, l-enċiklopedija l-ħielsa
Aqbeż lejn: navigazzjoni, fittex
Fenek ta' denbu qotni tal-Lvant
Tochtli-Rabbit-Conejo.jpg
Fenek ta' denbu qotni tal-Lvant, Sylvilagus floridanus
Klassifikazzjoni xjentifika
Renju: Animalia
Phylum: Chordata
Klassi: Mammalia
Sottoklassi: Theria
Infraklassi: Eutheria
Superordni: Euarchontoglires
Ordni: Lagomorpha
Familja: Leporidae
Ġeneru: Sylvilagus
Speċi: S. floridanus
Isem binominali
Sylvilagus floridanus
J. A. Allen, 1890


Il-Fenek ta' denbu qotni tal-Lvant Sylvilagus floridanus jew kif inhu msejjaħ ukoll Denb qotni tal-Lvant huwa mammiferu plaċentat tad-Dinja l-Ġdida u membru tal-familja Leporidae, fl-ordni Lagomorpha. Dan id-denb qotni huwa wieħed mill-aktar speċi komuni fil-kontinent ta' l-Amerika ta' fuq.

Il-Fenek ta' denbu qotni tal-Lvant jista' jkun ta' kulur kannella fil-ħamrani (fis-sajf) jew kannella fil-griż (fix-xitwa) li jiċċara lejn taħt iż-żaqq fejn il-pil jidher ħafn' aktar fin, għandu par saqajn kbar fuq wara, par widnejn twal u weqfin u denb qasir u qotni ta' lewn abjad fuq in-naħa ta' taħt u b'tebgħa ta' kulur is-sadid fuq in-naħa ta' fuq. In-nisa ġeneralment ikunu ftit akbar mill-irġiel.

Il-Fenek ta' denbu qotni tal-Lvant huwa leporidu notturnu li jkun attiv ħafna minn tard wara nżul ix-xemx sa kmieni filgħodu qabel it-tlugħ. Dan huwa denb qotni li jippreferi tip ta' abitat fejn jista' jħaffer il-bejta taħt l-art, ikun jista' jaħrab malajr (kapaċi jiġri b' veloċita ta' 'l fuq minn 30 kilometru fis-siegħa u jaqbeż bejn 3 u 5 metri) iżda dejjem fil-ftuħ.

Riproduzzjoni[editja]

Boton żrameġ ta' Fenek ta' denbu qotni tal-Lvant

L-irġiel ġeneralment jitgħammru ma' aktar minn fenka waħda minn Frar sa Settembru u dawn jista' jkollhom minn 2 sa 4 btan żrameġ fis-sena. Il-Fenka tipprepara bejta taħt l-art miksijja bil-ħaxix u s-suf tagħha stess ftit qabel ma' twelled u kif twelled din tkun lesta u tista' titgħammar mill-ewwel. Il-boton ikun magħmul minn 1 sa 9 żrameġ li jitwieldu għomja, bla pil u totalment dippendenti fuq l-omm. Iż-żrameġ ta' 3 ġimgħat jieqfu jieħdu l-ħalib u jaqbdu jieklu l-ħaxix, ta' 7 ġimgħat isiru indipendenti u ta' 3 xhur jimmaturaw sesswalment.

Distribuzzjoni[editja]

Il-Fenek ta' denbu qotni tal-Lvant għandu firxa fil-Lvant u fil-Lbiċ ta' l-Istati Uniti, fin-Nofs in-nhar tal-Kanada, fil-Lvant tal-Messiku u fl-Amerika Ċentrali. Id-distribuzzjoni ta' dan id-denb qotni kibret u nfirex lejn it-Tramuntana meta l-bniedem beda jaqta' l-foresti. Oriġinarjament il-Fenek ta' denbu qotni tal-Lvant ma' kienx mifrux b'mod naturali f'New England, hawn dan id-denb qotni ġie ntrodott mill-bniedem u issa qiegħed jikkompeti għall-abitat mal-Fenek ta' denbu qotni li huwa nativ ta' l-istat ta' New England.

Klassifikazzjoni[editja]

Referenzi[editja]

  • Lagomorph Specialist Group (1996). Sylvilagus floridanus L-inqas ħsieb. 2006 IUCN Red List of Threatened Species. IUCN 2006. Informazjoni mniżla fid- 9 ta' Novembru 2006.