Facundo Roncaglia

Minn Wikipedija, l-enċiklopedija l-ħielsa
Aqbeż lejn: navigazzjoni, fittex
Facundo Roncaglia
Informazzjoni personali
Isem sħiħ Facundo Sebastián Roncaglia
Twelid 10 ta' Frar 1987 (1987-02-10) (27 sena)
Chajarí
Pajjiż Bandiera tal-Arġentina Arġentina
Tul 1.79m
Rwol Difensur
Informazzjoni fuq il-klabb
Klabb kurrenti Fiorentina
Numru 4
Klabbs ġovanili
Boca Juniors
Klabbs professjonali*
Snin Klabb Preż Gwls
2007–2012 Boca Juniors 62 (4)
2009–2010 Espanyol (self) 21 (0)
2010–2011 Estudiantes (self) 25 (0)
2012– Fiorentina 24 (3)
* Il-preżenzi u l-gowls fil-karriera professjonali huma validi biss għall-kampjonat domestiku.
Aġġornament: 20:04, 8 ta' Diċembru 2012 (UTC)

Facundo Sebastián Roncaglia (Chajarí, 10 ta' Frar 1987) huwa futboler professjonali Arġentin li jilgħab għal Fiorentina fis-Serie A. Normalment, huwa difensur ċentrali, iżda kapaċi jilgħab ukoll bħala difensur lemini.

Karriera[editja]

Fil-21 ta' Ottubru 2007, Roncaglia għamel id-debutt professjonali tiegħu ma' Boca Juniors, f'logħba tal-ogħla livell kontra Estudiantes de La Plata fejn il-logħba spiċċat fi dro ta' 1-1. Fl-2008, huwa għen lit-tim tal-kapitali jirbaħ l-Apertura.

Fis-27 ta' Lulju 2009, Roncaglia ssieħeb b'self fit-tim ta' La Liga RCD Espanyol,[1] fejn kien wieħed minn ħames Arġentini fl-iskwadra – inkluż il-kowċ Mauricio Pochettino u l-eks-sieħbu tat-tim Juan Forlín. Mat-tmiem tal-istaġun 2009–10, ġie immedjatament misluf lil Estudiantes.[2]

Roncaglia telaq lil Boca f'Lulju 2012 u spiċċa bla klabb,[3] wara li skorja fl-ewwel leg tal-finali tal-Copa Libertadores 2012 kontra Sport Club Corinthians Paulista (1–1 f'darhom, telfa ta' 1–3 barra minn darhom).[4] Immedjatament wara, hu ssieħeb ma' Fiorentina fl-Italja.

Unuri[editja]

Klabb[editja]

Arġentina Boca Juniors

Arġentina Estudiantes

Referenzi[editja]

  1. ^ (Spanjol) Boca: Confirmado, Facundo Roncaglia se va cedido al Espanyol, Goal.com, 27 ta' Lulju 2009. Aċċess tal-URL: 5 ta' Lulju 2012.
  2. ^ (Spanjol) Con Rorro y el Torito, Olé, 26 ta' Ġunju 2010. Aċċess tal-URL: 27 ta' Lulju 2010.
  3. ^ (Spanjol) Roncaglia y una renovación que se complica cada día más, Muy Boca, 4 ta' Mejju 2012. Aċċess tal-URL: 5 ta' Lulju 2012.
  4. ^ (Spanjol) La final sigue abierta, Diario AS, 28 ta' Ġunju 2012. Aċċess tal-URL: 5 ta' Lulju 2012.

Ħoloq esterni[editja]