Fabio Coltorti
| Informazzjoni personali | |||
|---|---|---|---|
| Twelid | 3 ta' Diċembru 1980 Kriens |
||
| Pajjiż | |||
| Tul | 1.97 m | ||
| Rwol | Gowlkiper | ||
| Informazzjoni fuq il-klabb | |||
| Klabb kurrenti | Racing Santander | ||
| Numru | 1 | ||
| Klabbs ġovanili | |||
| 1987–1999 | Kriens | ||
| Klabbs professjonali* | |||
| Snin | Klabb | Preż | Gwls |
| 1999–2001 | Kriens | 12 | (0) |
| 2001–2003 | Schaffhausen | 61 | (0) |
| 2003–2005 | Thun | 58 | (0) |
| 2005–2007 | Grasshoppers | 75 | (0) |
| 2007– | Racing Santander | 36 | (0) |
| Tim nazzjonali | |||
| 2006– | Żvizzera | 8 | (0) |
| * Il-preżenzi u l-gowls fil-karriera professjonali huma validi biss għall-kampjonat domestiku. Aġġornament: 14:47, 6 Settembru 2010 (UTC) |
|||
Fabio Coltorti (Kriens, 3 ta' Diċembru 1980) hu plejer tal-futbol Żvizzeru li attwalment jinsab jilgħab ma' Racing Santander bħala gowlkiper. Hu jħaddan ċittadinanza Żvizzera u Taljana.
Werrej |
[editja] Karriera
[editja] Klabb
Matul il-karriera tiegħu ġewwa pajjiżu, Coltorti lagħab mat-tim tal-lokal Kriens, u aktar tard ma' Schaffhausen, Thun u Grasshoppers, fejn kien l-ewwel għażla bejn il-lasti ma' dawn l-aħħar tliet timijiet.
Fil-31 ta' Awwissu, 2007, hu ffirma kuntratt ta' erba' snin mal-klabb Spanjol ta' Racing de Santander għal miljun ewro. Fl-ewwel żewġ staġuni mal-Cantabrians rawh limitat għal-logħob mit-tazza nazzjonali. Id-debutt fil-kampjonat Spanjol wasal fit-22 ta' Diċembru, 2007, fit-telfa ta' 4–1 kontra Sevilla. Fit-18 ta' Settembru, 2008, lagħab mal-ewwel ħdax fid-debutt ta' Racing Santander fit-Tazza UEFA.
Minn nofs Diċembru tal-2009 sa Frar tal-2010, Coltorti sab spazju mal-ewwel ħdax fit-tim minħabba li l-gowlkiper regulari Toño kien weġġa'. Fl-ewwel tmien partiti, il-klabb tilef darba biss (kontra Villarreal bl-iskor ta' 2–0) u sofra seba' gowls.
[editja] Internazzjonali
Coltorti iddebutta mat-tim nazzjonali tal-Iżvizzera fil-logħba ta' ħbiberija kontra l-Iskozja tal-1 ta' Marzu 2006, li rriżultat f'telfa ta' 3–1. Hu ġie inkluż fost l-iskwadra għat-Tazza tad-Dinja 2006 li saret fil-Ġermanja.
[editja] Ħoloq esterni
- Profil fuq National-Football-Teams.com