Fábio Pereira da Silva

Minn Wikipedija, l-enċiklopedija l-ħielsa
Aqbeż lejn: navigazzjoni, fittex
Fábio
Fabio Pereira da Silva.jpg
Informazzjoni personali
Isem sħiħ Fábio Pereira da Silva
Twelid 9 ta' Lulju 1990 (1990-07-09) (21 sena)
Petrópolis, Rio de Janeiro
Pajjiż Bandiera tal-Brażil Brażil
Tul 1.68 m
Rwol Difensur xellugi
Informazzjoni fuq il-klabb
Klabb kurrenti Manchester United
Numru 20
Klabbs ġovanili
2005–2008 Fluminense
Klabbs professjonali*
Snin Klabb Preż Gwls
2008– Manchester United 16 (1)
* Il-preżenzi u l-gowls fil-karriera professjonali huma validi biss għall-kampjonat domestiku.
Aġġornament: 05:36, 14 Ġunju 2011 (UTC)

Fábio Pereira da Silva, magħruf ukoll bħala sempliċement Fábio jew Fábio da Silva (Petrópolis, 9 ta' Lulju 1990) hu plejer tal-futbol li attwalment jilgħab bħala difensur xellugi mat-tim ta' Manchester United. Ħuh tewmi, Rafael jilgħab ukoll ma' Manchester United wara li ffirmaw mal-klabb Ingliż fi Frar tal-2007.

Werrej

[editja] Karriera

Fábio beda l-karriera tiegħu fil-futbol bħala midfilder difensiv mal-klabb ta' Boa Esperança, però beda jilgħab bħala difensur laterali meta ngħaqad ma' Fluminense. Matul turnew tan-Nike li sar ġewwa Tokjo, il-prestazzjonijiet ta' Fábio u ta' ħuħ Rafael laqtu għajn il-klabb ta' Manchester United. Iż-żewġ klabbs waslu fi qbil fuq it-trasferiment tal-plejers fi Frar tal-2007, u t-tewmin ingħaqdu mal-klabb Ingliż f'Jannar tal-2008 mingħajr l-ebda dehra mal-ewwel tim tal-klabb Brażiljan.

Fábio kellu jistenna sal-24 ta' Jannar, 2009, sabiex jagħmel id-debutt tiegħu li wasal fir-raba' rawnd tal-FA Cup kontra Tottenham Hotspur, mirbuħa 2–1 mit-tim tal-United. Madanakollu, l-ewwel logħba tiegħu kellha tintemm qabel minħabba li weġġa' fil-pexxun. Nhar is-16 ta' Awwissu, wasal id-debutt tiegħu fil-Premier League fil-logħba tal-ftuħ tal-istaġun 2009–10 kontra Birmingham City. Fl-1 ta' April, 2010, Fábio iffirma estensjoni tal-kuntratt li se jżommu mal-klabb sa Ġunju 2014.[1] L-ewwel gowl tiegħu wasal fir-rebħa ta' 4–0 kontra Wigan Athletic li ntlagħbet fis-26 ta' Frar, 2011.

[editja] Statistika

Statistika korretta sal-14 ta' Mejju 2011[2]

Klabb Staġun Kampjonat Tazza League Cup Ewropa Oħrajn Total
Preż Gowls Preż Gowls Preż Gowls Preż Gowls Preż Gowls Preż Gowls
Manchester United 2008–09 0 0 2 0 0 0 0 0 0 0 2 0
2009–10 5 0 1 0 2 0 2 0 1 0 11 0
2010–11 11 1 4 1 2 0 6 0 1 0 24 2
Total 16 1 7 1 4 0 8 0 2 0 37 2
Total fil-karriera 16 1 7 1 4 0 8 0 2 0 37 2

[editja] Unuri

[editja] Klabb

Ingilterra Manchester United

[editja] Referenzi

  1. ^ (Ingliż) Fabio da Silva extends Manchester United deal to 2014. BBC Sport, 01-04-2010. Aċċess tal-URL: 01-04-2010.
  2. ^ (Ingliż) Fabio. StretfordEnd.co.uk. Aċċess tal-URL: 23-01-2010.

[editja] Ħoloq esterni

Għodda personali
Spazji tal-isem

Varjanti
Azzjonijiet
Navigazzjoni
Komunità
Għodda
F'lingwi oħrajn