European Border Breakers Awards

Minn Wikipedija, l-enċiklopedija l-ħielsa
Aqbeż lejn: navigazzjoni, fittex
European Border Breakers Awards 2012 - Selah Sue (Mike Breeuwer)
Ir-rebbieħa kollha tal-European Border Breakers Awards 2012 (Mike Breeuwer)

Ta' kull sena, il-European Border Breakers Awards (EBBA)[1] jirrikonoxxu s-suċċess ta' għaxar mużiċisti jew gruppi emerġenti li laħqu udjenzi barra minn pajjiżhom bl-ewwel album tagħhom. Ir-rebbieħa tal-European Border Breakers Award jinkludu lil Adele, Tokio Hotel, The Baseballs, Zaz, Lykke Li, Milow, Katie Melua, Damien Rice, Caro Emerald, Stromae u Mumford & Sons.[1]

Organizzazzjoni[editja]

Il-Premju tal-EBBA tnieda mill-Kummissjoni Ewropea u huwa premju tal-Unjoni Ewropea.[2] L-għażla tal-artisti u ċ-ċerimonja hi organizzata mill-Fondazzjoni Noorderslag, li għandha l-għan li tħeġġeġ il-firxa tal-mużika pop Ewropea.[3]

Imsieħba[editja]

  • European Broadcasting Union (L-Unjoni tax-Xandir Ewropea) (EBU)[4]
  • The European Talent Exchange Program (ETEP) (Il-Programm Ewropew għall-Iskambju tat-Talenti), li jifforma netwerk bejn il-festivals Ewropej tal-mużika popolari, biex b'hekk jiffaċilita l-ibbukkjar ta' gruppi mużikali Ewropej barra minn pajjiżhom.[4] Joffri wkoll tagħrif għall-midja dwar artisti emerġenti Ewropej.[5]

L-għażla tar-rebbieħa[editja]

L-artisti jew gruppi nnominati għall-European Border Breakers Awards jintgħażlu skont dawn il-kriterji:

  • Is-suċċess fl-aħħar sena tal-ewwel xogħol internazzjonali tagħhom fil-pajjiżi Ewropej barra l-pajjiż tagħhom.
  • L-ammont ta' drabi li l-istazzjonijiet tar-radju tal-Unjoni tax-Xandir Ewropea idoqqu d-diski tal-artist.
  • Is-suċċess tal-artist fil-festivals tal-Ewropa (ETEP) barra minn pajjiżu.[6]

Il-Premju tal-Għażla tal-Poplu[editja]

Sa mill-2010, issir votazzjoni elettronika biex jintgħażel ir-rebbieħ tal-Premju EBBA li jieħu l-Premju tal-Għażla tal-Poplu, apparti l-premju "normali".[7] L-ewwel rebbieħ kien il-kantawtur Belġjan Milow.[8]

L-ispettaklu[editja]

European Border Breakers Awards 2012 - Anna Calvi (Mike Breeuwer)

Sa mill-2009 ċ-ċerimonja tal-premjazzjonijiet issir kull sena f'Jannar, waqt il-festival Eurosonic Noorderslag, fil-belt Olandiża ta' Groningen, u tkun preżentata mill-personaġġ u mużiċist tal-BBC Jools Holland.[7] Ir-rebbieħa tal-premju EBBA jdoqqu b'mod dirett waqt l-ispettaklu, kif ukoll waqt il-festival innifsu. Ir-rebbieħa mis-snin ta' qabel jiġu mistiedna jdoqqu bħala mistiedna speċjali. Iċ-ċerimonja tiġi rrekordjata mill-istazzjon Olandiż tax-xandir pubbliku NOS/NTR u mxandra permezz ta' NET3.[9] L-ispettaklu jixxandar kull sena fuq bosta stazzjonijiet tat-televiżjoni fl-Ewropa.

Tagħrif storiku[editja]

Kienet il-Kummissjoni Ewropea li tat bidu għall-Premjijiet tal-EBBA fl-2004.[2] Bil-premjijiet, il-Kummissjoni Ewropea tipprova tqanqal iċ-ċirkolazzjoni bejn il-pajjiżi tal-għażla tal-mużika popolari u li turi d-diversità kbira fil-mużika Ewropea. Il-European Border Breakers Awards jiġu appoġġjati permezz tal-Programm Kulturali tal-Unjoni Ewropea, li għandu l-għan jippromwovi l-mobbiltà bejn il-pajjiżi tal-artisti u l-professjonisti tal-kultura; biex iħeġġeġ iċ-ċirkolazzjoni bejn il-pajjiżi tal-opri aritistiċi u kulturali; u biex ikattar id-djalogu bejn kulturi differenti.[7]

Rebbieħa[editja]

2012[editja]

Pajjiż Mużiċist Album
Flag of Austria.svg Awstrija Elektro Guzzi Elektro Guzzi
Flag of Belgium (civil).svg Belġju Selah Sue Selah Sue
Flag of Denmark.svg Danimarka Agnes Obel Philharmonics
Flag of France.svg Franza Ben l’Oncle Soul Soulman
Flag of Germany.svg Ġermanja Boy Mutual Friends
Flag of Ireland.svg Irlanda James Vincent McMorrow Early in the Morning
Flag of the Netherlands.svg Olanda Afrojack Lost and Found
Flag of Romania.svg Rumanija Alexandra Stan Saxobeats
Flag of Sweden.svg Żvezja Swedish House Mafia Until One
Flag of the United Kingdom.svg Renju Unit Anna Calvi Anna Calvi

Rebbieħ tal-Premju tal-Għażla tal-Pubbliku: Selah Sue

2011[editja]

Pajjiż Mużiċist Album
Flag of Denmark.svg Danimarka Aura Dione Columbine
Flag of Germany.svg Ġermanja The Baseballs Strike
Flag of France.svg Franza Zaz ZAZ
Flag of Norway.svg Norveġja Donkeyboy Caught
Flag of Romania.svg Rumanija Inna Hot
Flag of Austria.svg Awstrija Saint Lu Saint Lu
Flag of the United Kingdom.svg Renju Unit Mumford & Sons Sigh No More
Flag of Sweden.svg Żvezja Miike Snow Miike Snow
Flag of the Netherlands.svg Olanda Caro Emerald Deleted Scenes From The Cutting Room
Flag of Belgium (civil).svg Belġju Stromae Cheese

Rebbieħ tal-Premju tal-Għażla tal-Pubbliku: The Baseballs

2010[editja]

Pajjiż Mużiċist Album
Flag of Belgium (civil).svg Belġju Milow Milow
Flag of the United Kingdom.svg Renju Unit Charlie Winston Hobo
Flag of Germany.svg Ġermanja Peter Fox Stadtaffe
Flag of Austria.svg Awstrija Soap&Skin Lovetune for Vacuum
Flag of Estonia.svg Estonja Kerli Love Is Dead
Flag of Sweden.svg Żvezja Jenny Wilson Hardships
Flag of Portugal.svg Portugall Buraka Som Sistema Black Diamond
Flag of France.svg Franza Sliimy Paint Your Face
Flag of the Netherlands.svg Olanda Esmée Denters Outta Here
Flag of Italy.svg Italja Giusy Ferreri Gaetana

Rebbieħ tal-Premju tal-Għażla tal-Pubbliku: Milow

2009[editja]

Pajjiż Mużiċist Album
Flag of France.svg Franza Aaron Artificial Animals Riding on Neverland
Flag of the United Kingdom.svg Renju Unit Adele 19
Flag of Denmark.svg Danimarka Alphabeat Alphabeat
Flag of Germany.svg Ġermanja Cinema Bizarre Final Attraction
Flag of France.svg Franza The Dø A Mouthfull
Flag of the Netherlands.svg Olanda Kraak & Smaak Boogie Angst
Flag of Denmark.svg Danimarka Ida Corr One
Flag of Sweden.svg Żvezja Lykke Li Youth Novels
Flag of Ireland.svg Irlanda The Script The Script
Flag of the United Kingdom.svg Renju Unit The Ting Tings We Started Nothing

2008[editja]

Pajjiż Mużiċist Album
Flag of Belgium (civil).svg Belġju Reborn Fools Rush In
Flag of Denmark.svg Danimarka Dúné We are in there, you are out there
Flag of Finland.svg Finlandja Sunrise Avenue On The Way To Wonderland
Flag of France.svg Franza Ayo Joyful
Flag of Germany.svg Ġermanja Cascada Everytime We Touch
Flag of Ireland.svg Irlanda Dolores O'Riordan Are You Listening?
Flag of Poland.svg Polonja Hemp Gru Klucz
Flag of Spain.svg Spanja Miguel Ángel Muñoz M.A.M.
Flag of Sweden.svg Żvezja Basshunter LOL
Flag of the United Kingdom.svg Renju Unit The Fratellis Costello Music

2007[editja]

Pajjiż Mużiċist Album
Flag of Belgium (civil).svg Belġju Gabriel Ríos Ghostboy
Flag of Germany.svg Ġermanja Tokio Hotel Schrei
Flag of France.svg Franza Ilona Mitrecey Un monde parfait
Flag of Greece.svg Greċja Elena Paparizou My Number One
Flag of the United Kingdom.svg Renju Unit Corinne Bailey Rae Corinne Bailey Rae
Flag of Ireland.svg Irlanda Celtic Woman Celtic Woman
Flag of Italy.svg Italja Vittorio Grigolo In the Hands of Love
Flag of Poland.svg Polonja Blog 27 Lol
Flag of Sweden.svg Żvezja José González Veneer
Flag of Spain.svg Spanja Beatriz Luengo Beatriz Luengo

2006[editja]

Pajjiż Mużiċist Album
Flag of Belgium (civil).svg Belġju Sarah Bettens Scream
Flag of Denmark.svg Danimarka Hush A Lifetime
Flag of Germany.svg Ġermanja Juli Es ist Juli
Flag of France.svg Franza Amel Bent Un jour d'été
Flag of the United Kingdom.svg Renju Unit KT Tunstall Eye to the Telescope
Flag of Ireland.svg Irlanda Hal Hal
Flag of Sweden.svg Żvezja Arash Boro Boro
Flag of Spain.svg Spanja Bebe Pafuera Telanaras
Flag of Hungary.svg Ungerija Heaven Street Seven Get Out And Walk!

2005[editja]

Pajjiż Mużiċist Album
Flag of Denmark.svg Danimarka The Raveonettes Chain gang of love
Flag of Germany.svg Ġermanja Wir sind Helden Die Reklamation
Flag of Finland.svg Finlandja Redrama Every Day Soundtrack
Flag of France.svg Franza Corneille Parce que l'on vient de loin
Flag of the United Kingdom.svg Renju Unit Katie Melua Call Off the Search
Flag of Ireland.svg Irlanda Damien Rice O
Flag of Italy.svg Italja Benny Benassi Hypnotica
Flag of Poland.svg Polonja Myslovitz Korova Milky Bar
Flag of Sweden.svg Żvezja Ana Johnsson The Way I Am

2004[editja]

Pajjiż Mużiċist Album
Flag of Belgium (civil).svg Belġju Lasgo Some Things
Flag of Denmark.svg Danimarka Saybia The Second You Sleep
Flag of Germany.svg Ġermanja Masterplan Masterplan
Flag of France.svg Franza Carla Bruni Quelqu'un m'a dit
Flag of the United Kingdom.svg Renju Unit The Darkness Permission To Land
Flag of Ireland.svg Irlanda The Thrills So Much For The City
Flag of Italy.svg Italja Tiziano Ferro Rosso Relativo
Flag of Portugal.svg Portugall Mariza Fado Em Mim
Flag of Spain.svg Spanja Las Ketchup Hijas del Tomate


Referenzi[editja]

  1. ^ (Ingliż) Winners of the 2011 European Border Breakers Awards. Subba-cultcha.com, 19-09-2011
  2. ^ a b "A guide to music festivals at home and in the EU", Talktoeu.ie. Arkivjat fid-19 ta' Settembru, 2011
  3. ^ (Ingliż) About Eurosonic Noorderslag. Eurosonic-noorderslag.nl, 18-09-2011
  4. ^ a b (Ingliż) EBBA Awards. Eurosonic-noorderslag.nl, 19-09-2011
  5. ^ (Ingliż) European Talent Exchange Program. Etep.nl, 19-09-2011
  6. ^ (Ingliż) Selection criteria. Europeanborderbreakersawards.eu, 19-09-2011
  7. ^ a b c (Ingliż) European Union Award for Contemporary Music. Ec.europa.eu, 19-09-2011
  8. ^ (Ingliż) Milow Wins First Public Choice At EBBA!. Encore.celebrityaccess.com, 19-09-2011
  9. ^ (Ingliż) Programma. Nps.nl, 08-01-2011

Ħoloq esterni[editja]