Etna

Minn Wikipedija, l-enċiklopedija l-ħielsa
Aqbeż lejn: navigazzjoni, fittex
Eruzzjoni tal-Etna
Eruzzjoni tal-Etna

L-Etna, huwa vulkan fi Sqallija għoli 3,286 metru, li żbroffa bil-qawwi kemm-il darba b'periklu għall-eqreb belt kbira Katanja. Dan il-vulkan jista' jidher minn Malta.

L-ewwel żbroff irreġistrat tal-Etna seħħ fis-seklu 18 qK, għalkemm studji ġeoloġiċi juru li l-vulkan kien attiv sa minn qabel dak il-perjodu. Minn dak iż-żmien 'l hawn, nafu li żbroffa 90 darba u l-iktar waħda devastanti kienet dik tal-1169. Dan l-żbroff qered il-belt ta' Katanja u ħa miegħu 15,000 ruħ, waqt li f'ieħor li seħħ fl-1669 mietu mal-20,000.

Aktar reċenti, fis-sena 1928 żewġt irħula ntradmu kważi għalkollox minn xmara ta' lava, u fl-1947 frott l-attività vulkanika ffurmaw żewġ krateri ġodda. L-Etna żbroffa wkoll fl-1971, l-1981, l-1983, u fl-1992, meta l-lava ġiet ikkontrollata permezz ta' splussiv immonitorjat. Fl-2001 seħħ numru ta' ċaqliq, li laħaq il-qofol tiegħu f'Lulju u fl-ewwel nofs ta' Awwissu meta xmajjar ħomor nar gelglu lejn il-belt ta' Nicolosi. B'dawn l-eruzzjonijiet infetħu sitt xpakkaturi li alteraw l-għamla ta' dan il-kon ġebli. Splużjoni oħra hi rreġistrata f'Ottubru 2002. Pero` l-ahhar eruzzjoni kienet fis-sena 2011

Il-Vulkan Etna
Għodda personali
Spazji tal-isem

Varjanti
Azzjonijiet
Navigazzjoni
Komunità
Għodda
F'lingwi oħrajn