Erwin Hoffer
| Informazzjoni personali | |||
|---|---|---|---|
| Isem sħiħ | Erwin Hoffer | ||
| Twelid | 14 ta' April 1987 Baden bei Wien |
||
| Pajjiż | |||
| Tul | 1.76 m | ||
| Rwol | Attakkant | ||
| Informazzjoni fuq il-klabb | |||
| Klabb kurrenti | Eintracht Frankfurt | ||
| Numru | 10 | ||
| Klabbs ġovanili | |||
| 1994–1995 | 1. SC Haidhof | ||
| 1995–1998 | FC Tribuswinkel | ||
| 1998–2002 | Badener AC | ||
| 2002–2004 | Admira Wacker | ||
| Klabbs professjonali* | |||
| Snin | Klabb | Preż | Gwls |
| 2004–2006 | Admira Wacker | 21 | (4) |
| 2006–2009 | Rapid Wien | 85 | (41) |
| 2009– | Napoli | 8 | (0) |
| 2010–2011 | → 1. FC Kaiserslautern (self) | 24 | (5) |
| 2011– | → Eintracht Frankfurt (self) | 10 | (3) |
| Tim nazzjonali | |||
| 2005–2009 | Awstrija U-21 | 17 | (7) |
| 2007– | Awstrija | 27 | (4) |
| * Il-preżenzi u l-gowls fil-karriera professjonali huma validi biss għall-kampjonat domestiku. Aġġornament: 29 October 2011 |
|||
Erwin Hoffer (Baden bei Wien, 14 ta' April 1987) huwa plejer tal-futbol Awstrijakk, attakkant tat-tim ta' Eintracht Frankfurt u tat-tim nazzjonali Awstrijakk.
Werrej |
[editja] Karriera
Hoffer beda l-karriera professjonali ta' sbatax-il sena ma' Admira Wacker qabel ma ngħaqad ma' Rapid Wien wara żewġ staġuni. L-ewwel staġun kien wieħed deludenti fejn skorja biss 4 darbiet f'21 logħba. Però, l-istaġun 2007–08 rah jiskorja 10 gowls, fosthom tripletta kontra Red Bull Salzburg fir-rebħa storika ta' 7–0. F'dan l-istaġun rebaħ għall-ewwel darba l-Bundesliga Awstrijaka.
Hoffer ikkonferma ruħu l-istaġun ta' wara fejn din id-darba skorja 27 gowl f'34 logħba, fejn spiċċa wkoll fil-ħdax-il post fil-klassifika għaż-Żarbuna tad-Deheb 2009.
Nhar it-28 ta' Lulju, 2009, il-klabb Taljan ta' Napoli uffiċjalizza l-akkwist ta' Hoffer b'kuntratt ta' ħames snin.[1] Id-debutt mat-tim Naplitan wasal fis-16 ta' Awwissu, 2009, fil-konfront kontra Salernitana, validu għat-tielet rawnd tal-Coppa Italia fejn skorja l-aħħar gowl fir-rebħa ta' 3–0. L-ewwel logħba tiegħu fil-kampjonat waslet kontra Livorno fit-30 ta' Awwissu, 2009. L-ewwel staġun tiegħu fl-Italja ftit li xejn sab spazju, u sussegwentament ġie imsellef lil Kaiserslautern fil-Bundesliga Ġermaniża għall-istaġun 2010–11.
[editja] Internazzjonali
Hoffer kien parti mit-tim nazzjonali tal-Awstrija magħżul biex jilgħab matul il-Kampjonati Ewropej 2008, fejn lagħab biss logħba waħda biss kontra l-Ġermanja fi Vjenna. L-ewwel gowls mat-tim nazzjonali waslu fl-1 ta' April, 2009, meta skorja doppjetta fir-rebħa ta' 2–1 kontra r-Rumanija valida għall-kwalifikazzjoni għat-Tazza tad-Dinja 2010.
[editja] Unuri
[editja] Klabb
- Bundesliga Awstrijaka: 2008
[editja] Referenzi
- ^ (Taljan) Erwin Hoffer al Napoli, contratto quinquennale. sscnapoli.it
[editja] Ħoloq esterni
- Profil fuq National-Football-Teams