Emmanuel Muscat
| Informazzjoni personali | |||
|---|---|---|---|
| Isem sħiħ | Emmanuel Muscat | ||
| Twelid | 7 ta' Diċembru 1984 Melbourne |
||
| Pajjiż | |||
| Nazzjonalità | |||
| Tul | 1.77 m | ||
| Rwol | Difensur | ||
| Informazzjoni fuq il-klabb | |||
| Klabb kurrenti | Wellington Phoenix | ||
| Numru | 2 | ||
| Klabbs professjonali* | |||
| Snin | Klabb | Preż | Gwls |
| 2004–2007 | Sunshine George Cross | 48 | (5) |
| 2007–2008 | Green Gully Cavaliers | 42 | (2) |
| 2008– | Wellington Phoenix | 99 | (2) |
| Tim nazzjonali | |||
| 2009– | Malta | 9 | (0) |
| * Il-preżenzi u l-gowls fil-karriera professjonali huma validi biss għall-kampjonat domestiku. Aġġornament: 08:00, 21 Settembru 2011 (UTC) |
|||
Emmanuel "Manny" Muscat (Melbourne, 7 ta' Diċembru 1984) huwa plejer tal-futbol Malti mwieled Awstraljan li jilgħab bħala difensur ma' Wellington Phoenix.
Werrej |
Karriera[editja]
Klabb[editja]
Imrobbi f'West Sunshine, ġewwa Melbourne, Manny Muscat lagħab ma' Sunshine George Cross fejn kien intgħażel bħala l-kaptan tat-tim ta' dsatax-il sena, qabel ma mar jilgħab mar-rivali ta' Green Gully.
F'Awwissu tal-2008, Wellington Phoenix kisbu l-firma ta' Muscat, għall-bidu bħala sostitut ta' Vince Lia li kien imweġġa, imma aktar tard ingħata kuntratt sħiħ. Muscat lagħab total ta' 26 logħba matul l-istaġun 2009-10. Barra minn difensur lemini, hu ġie skjerat diversi drabi fi rwol ta' midfilder difensiv. Il-prestazzjonijiet tiegħu ġew premjati meta fl-20 ta' Ottubru 2009 hu ffirma estenda l-kuntratt tiegħu mal-klabb għal tliet snin oħra.
Internazzjonali[editja]
Nhar il-11 ta' Mejju, 2009, Muscat ġie msejjaħ mat-tim nazzjonali Malti għal-logħba ta' ħbiberija kontra r-Repubblika Ċeka u l-partita valida għall-kwalifikazzjoni għat-Tazza tad-Dinja 2010 kontra l-Iżvezja. Id-debutt tiegħu wasal kontra r-Repubblika Ċeka nhar il-5 ta' Ġunju, 2010, waqt li kien użat bħala sostitut fil-konfront kontra l-Iżvezja.
Statistika tal-karriera[editja]
Internazzjonali[editja]
| Dehriet u gowls internazzjonali – |
||||||
|---|---|---|---|---|---|---|
| Data | Belt | Ġo darhom | Riżultat | Ospiti | Kompetizzjoni | Gowls |
| 5 ta' Ġunju 2009 | Jablonec nad Nisou | Repubblika Ċeka |
1–0 | Logħba ta' ħbiberija | ||
| 10 ta' Ġunju 2009 | Gothenburg | Żvezja |
4–0 | Kwal. Tazza tad-Dinja 2010 | ||
| 4 ta' Settembru 2009 | Ta' Qali | Malta |
0–2 | Logħba ta' ħbiberija | ||
| 9 ta' Settembru 2009 | Ta' Qali | Malta |
0–1 | Kwal. Tazza tad-Dinja 2010 | ||
| 10 ta' Novembru 2009 | Vila Real de Santo António | Angola |
2–0 | Logħba ta' ħbiberija | ||
| 14 ta' Novembru 2009 | Guimarães | Portugall |
4–0 | Kwal. Tazza tad-Dinja 2010 | ||
| 2 ta' Settembru 2010 | Ramat Gan | Iżrael |
3–1 | Kwal. Ewropej 2012 | ||
| 7 ta' Settembru 2010 | Ta' Qali | Malta |
0–2 | Kwal. Ewropej 2012 | ||
| 2 ta' Settembru 2011 | Ta' Qali | Malta |
1–3 | Kwal. Ewropej 2012 | ||
| Total | Preżenzi | 9 | Gowls | 0 | ||