Emiliano Insúa
| Informazzjoni personali | |||
|---|---|---|---|
| Isem sħiħ | Emiliano Adrian Insúa Zapata | ||
| Twelid | 7 ta' Settembru 1989 Buenos Aires |
||
| Pajjiż | |||
| Tul | 1.73 m | ||
| Rwol | Difensur xellugi | ||
| Informazzjoni fuq il-klabb | |||
| Klabb kurrenti | Sporting | ||
| Numru | 48 | ||
| Klabbs ġovanili | |||
| Pinocho | |||
| Boca Juniors | |||
| Klabbs professjonali* | |||
| Snin | Klabb | Preż | Gwls |
| 2007 | Boca Juniors | 0 | (0) |
| 2007 | → Liverpool (self) | 2 | (0) |
| 2007–2011 | Liverpool | 44 | (0) |
| 2010–2011 | → Galatasaray (self) | 16 | (0) |
| 2011–2013 | Sporting | 34 | (0) |
| 2013 | Atlético Madrid | 0 | (0) |
| Tim nazzjonali | |||
| 2009– | Arġentina | 4 | (0) |
| * Il-preżenzi u l-gowls fil-karriera professjonali huma validi biss għall-kampjonat domestiku. Aġġornament: 8 ta' Ġunju 2011 (UTC) |
|||
Emiliano Adrian Insúa Zapata (Buenos Aires, 7 ta' Jannar 1989) hu plejer tal-futbol Arġentin li jilgħab fuq il-faxxa xellugija u anki dik ċentrali tad-difiża mat-tim Portugiż ta' Sporting.
Werrej |
Karriera [editja]
Insúa beda l-karriera tiegħu mat-tim ġovanili ta' Pinocho fl-Arġentina, fejn wara ngħaqad mat-tim ita' Boca Juniors. Minkejja li ma rnexxielux jiżblokka ruħu fl-ewwel tim f'La Bombonera, hu xorta waħda attira l-attenzjoni ta' Liverpool. Id-difensur qabel li jiġi msellef għal perjodu ta' tmintax-il xahar mal-klabb ta' Mersyeside fit-28 ta' Novembru 2006, fejn dan il-perjodu beda f'Jannar ta' wara.[1] Id-debutt tiegħu mal-ewwel tim wasal fit-28 ta' April 2007 kontra Portsmouth. Madanakollu, kienu biss tnejn il-preżenzi tiegħu fil-kampjonat.
Il-perjodu ta' self inqaleb għal wieħed permanenti f'Awwissu tal-2007, fi qbil li ra lill-kompatrijott Gabriel Paletta jingħaqad ma' Boca. Il-prestazzjonijiet tiegħu impressjonaw biżżejjed lill-kowċ Rafael Benítez li offrielu kuntratt ġdid ta' tliet snin, fit-2 ta' Lulju 2008. Insua ingħata n-numru 22 għall-istaġun istaġun 2008–09, fejn minkejja li ftit kellu ċans jimpressjona mal-ewwel tim, hu rnexxielu jirbaħ flimkien mat-tim tar-Riservi, il-kampjonat tal-istess kategorija. Il-fatt li Fábio Aurélio kien qiegħed ibati minn problemi fiżiċi u l-forma diżappuntanti ta' Andrea Dossena, Insua ingħata l-opportunità li jagħmel tiegħu l-pożizzjoni bħala difensur xellugi. Hu rnexxielu jokkupa din il-pożizzjoni wkoll għall-bidu tal-istaġun 2009–10, fejn għeleb il-konkorrenza ta' Aurélio u Dossena.
Fis-sajf tal-2010 ġie misluf lill-klabb Tork ta' Galatasaray. Wara s-sena ta' self, ġie akkwistat mit-tim Portugiż ta' Sporting fejn iffirma kuntratt ta' ħames snin.[2]
Internazzjonali [editja]
Grazzi għall-prestazzjonijiet sodi ma' Liverpool, Insua ġie msejjaħ mat-tim nazzjonali tal-Arġentina għall-partiti kruċjali kontra l-Peru u l-Urugwaj.
Statistika [editja]
| Klabb | Staġun | Kampjonat | Tazza | League Cup | Ewropa | Oħrajn | Total | ||||||
|---|---|---|---|---|---|---|---|---|---|---|---|---|---|
| App | Gowls | App | Gowls | App | Gowls | App | Gowls | App | Gowls | App | Gowls | ||
| Liverpool | 2006–07 | 2 | 0 | 0 | 0 | 0 | 0 | 0 | 0 | 0 | 0 | 2 | 0 |
| 2007–08 | 3 | 0 | 0 | 0 | 0 | 0 | 0 | 0 | 0 | 0 | 3 | 0 | |
| 2008–09 | 10 | 0 | 1 | 0 | 2 | 0 | 0 | 0 | 0 | 0 | 13 | 0 | |
| 2009–10 | 7 | 0 | 0 | 0 | 0 | 0 | 1 | 0 | 0 | 0 | 8 | 0 | |
| Total | 22 | 0 | 1 | 0 | 2 | 0 | 1 | 0 | 0 | 0 | 26 | 0 | |
| Total tal-karriera | 22 | 0 | 1 | 0 | 2 | 0 | 1 | 0 | 0 | 0 | 26 | 0 | |
Korretti sad-29 ta' Awwissu 2009
Referenzi [editja]
- ^ (Ingliż) First team squad profiles - Emiliano Insúa. Liverpoolfc.tv. Aċċess tal-URL: 21-12-2008.
- ^ (Ingliż) Emiliano Insua leaves Liverpool for Sporting Lisbon. BBC Sport, 27-08-2011. Aċċess tal-URL: 27-08-2011.