Emerson Ferreira da Rosa
| Informazzjoni personali | |||
|---|---|---|---|
| Isem sħiħ | Emerson Ferreira da Rosa | ||
| Twelid | 4 ta' April 1976 Pelotas |
||
| Pajjiż | |||
| Tul | 1.84 m | ||
| Rwol | Midfilder | ||
| Klabbs ġovanili | |||
| Klabbs professjonali* | |||
| Snin | Klabb | Preż | Gwls |
| 1993–1997 | 115 | (15) | |
| 1997–2000 | 82 | (11) | |
| 2000–2004 | 105 | (13) | |
| 2004–2006 | 67 | (4) | |
| 2006–2007 | 28 | (1) | |
| 2007–2009 | 27 | (0) | |
| 2009 | 6 | (0) | |
| Total | 470 | (49) | |
| Tim nazzjonali | |||
| 1997–2006 | 73 | (6[1]) | |
| * Il-preżenzi u l-gowls fil-karriera professjonali huma validi biss għall-kampjonat domestiku. Aġġornament: 17:43, 3 Ġunju 2010 (UTC) |
|||
Emerson Ferreira da Rosa (Pelotas, 4 ta' April 1976), magħruf sempliċiment bħala Emerson, hu plejer tal-futbol Brażiljan. Il-laqam tiegħu huwa "Il-Puma" minħabba l-movimenti felini li għandu fin-nofs tal-grawnd.
Werrej |
Karriera [editja]
Wara li beda l-avventura Ewropea mat-tim Ġermaniż ta' Bayer Leverkusen, Emerson ingħaqad ma' AS Roma fejn rebaħ il-kampjonat u kif ukoll is-Supertazza Taljana fl-2001. Il-prestazzjonijiet impressjonanti għal Roma fl-istaġun 2003–04, wasslu għal klabbs bħal Juventus kif ukoll Real Madrid biex jinteressaw irwieħhom fil-plejer biex jakkwistawh matul is-suq tat-trasferimenti tas-sajf. Wara saga twila fuq il-futur tiegħu, Roma xtaqu li jbiegħhuh lil Real Madrid minflok lir-rivali Juventus però Emerson xtaq li jmur ma' Juventus, fejn mexa mal-passi tal-kowċ Fabio Capello biex ingħaqad ma' Juventus għal somma ta' madwar 15-il miljun Ewro. Wara żewġ staġuni mat-tim minn Turin, hu ttrasferixxa ma' Real Madrid għal darb'oħra flimkien ma' Capello. Madankollu, minħabba r-relazzjoni xejn tajba li kellu ma' Capello flimkien ma' prestazzjonijiet xejn konvinċenti, Emerson wera x-xewqa li jirritorna lura lejn Juventus f'Jannar tal-2007 anke jekk kien jaf li b'konsegwenza t'hekk kien se jinżel is-salarju. Però, sa Mejju, il-prestazzjonijiet mat-tim Madrilen tjiebu, u flimkien mar-riżultati tajbin li kien qed jikseb it-tim, nhar it-12 ta' Mejju 2007 hu ddikjara l-intenzjoni li jibqa' ma' Real. Imma, f'konverżazzjoni fuq il-programm tar-radju "El Larguero", il-president ta' Real Madrid Ramon Calderon, qal li Emerson jista' jħalli lil Real Madrid dak is-sajf flimkien mal-attakant Taljan Antonio Cassano minħabba problemi tekniċi.
Fil-21 ta' Awissu 2007, Milan uffiċjalizzaw l-akkwist tal-Brażiljan.[2] Id-debutt wasal fis-Supertazza Ewropea meta' Milan rebħu lil Sevilla 3–1 nhar il-31 ta' Awwissu. Nhar il-21 ta' April 2009 hu u l-klabb Milanist waslu fi qbil unanimu li jħassru l-kuntratt minħabba raġunijiet personali.[3]
Wara li fis-26 ta' Lulju, 2009, iddeċieda li jissieħeb ma' Santos, tliet xhur wara, eżattament fis-16 ta' Ottubru, hu ddeċieda li jtemm il-kuntratt tiegħu minħabba uġigħ persistenti.
Internazzjonali [editja]
Emerson kien rimpjazzament għal Romário fit-Tazza tad-Dinja 1998. Hu kien se jkun il-kaptan tat-tim Brażiljan fit-Tazza tad-Dinja 2002, però Emerson sofra minn uġigħ fi spallejh biex ħalla l-post tal-kap tat-tim għal Cafu; it-tim Sud-Amerikan irnexxielu jirbaħ l-edizzjoni tal-2002.
Referenzi [editja]
- ^ (Ingliż) Profil ta' Emerson. fifaworldcup.yahoo.com, 01-07-2006
- ^ Welcome Puma! - AC Milan.com
- ^ (Ingliż) Emerson Leaves Milan Through Mutual Consent. Goal.com, 21-04-2009. Aċċess tal-URL: 21-04-2009.
Ħoloq esterni [editja]
- Informazzjoni fuq Emerson fuq sambfoot.com
- Profil fuq acmilan.com
- Nies ħajjin
- Twieldu fl-1976
- Plejers ta' Grêmio Foot-Ball Porto Alegrense
- Plejers ta' Bayer 04 Leverkusen
- Plejers ta' AS Roma
- Plejers ta' Juventus FC
- Plejers ta' Real Madrid CF
- Plejers ta' AC Milan
- Plejers ta' Santos Futebol Clube
- Futbolers Brażiljani
- Plejers tas-Serie A
- Plejers ta' La Liga
- Plejers tal-Fußball-Bundesliga