Elisabetta Canalis
Minn Wikipedija, l-enċiklopedija l-ħielsa
Elisabetta Canalis (Sassari, 12 ta' Settembru, 1978) hi mudella u attriċi Taljana.
Werrej |
[editja] Bijografija
Imwielda f'Sassari, ġewwa Sardinja, hi ffrekwentat il-Liċeo "D.A Azuni" ta' Sassari, u wara ttrasferixxiet lejn Milan fejn inkitbet fil-kors għad-diploma fil-Lingwi u Letteratura Barranija tal-Università Statali. Ipparteċipat f'diversi selezzjonijiet għall-għażla tal-atturi, fejn fost dawn insibu għall-film Il pesce innamorato ta' Leonardo Pieraccioni. Fl-1999, barra mill-parteċipazzjoni fit-Telegatti u pubbliċità għall-karamelli M&M's, ġiet magħżulha bħala velina għat-trażmissjoni Striscia la notizia. Baqgħet isservi dan l-irwol sal-2002, flimkien ma' Maddalena Corvaglia.
Iż-żewġ "velini" kienu protagonisti tar-ritratti għall-kalendarju 2002 li kien anness mal-ħarġa ta' Ottubru 2001 tar-rivista GQ li, għall-okkażżjoni, ġiet mibjuha għall-prezz ta' 12,000 liri, b'total ta' 700,000 kopja li nbigħu.
Wara s-suċċess kbir tal-kalendarju 2003 għar-rivista Max, ipparteċipat fil-konduzzjoni ta' żewġ edizzjonijiet tal-programm sportiv Controcampo, fuq l-istazzjon Italia 1. Kellha sehem fit-tielet u r-raba' edizzjoni tas-serje fizzjonali Carabinieri
Fl-2003, flimkien ma' Federica Fontana, ipparteċipat fil-programm komiku Ciro presenta Visitors, u sena wara f'Super Ciro, dejjem fuq Italia 1. Fl-2004, kienet protagonista tal-vidjo mużikali tal-kanzunetta ta' Biagio Antonacci, Convivendo.
Fl-2005 kienet protagonista, flimkien ma' Fabio De Luigi, tat-tieni serje tas-sitcom Love Bugs, b'direzzjoni ta' Marco Limberti.
Suċċessivament, marret l-Istati Uniti biex tipparteċipa f'korsijiet ta' reċitazzjoni u tal-lingwa Ingliża. Dehret ukoll f'żewġ films: Deuce Bigalow: European Gigolo, ta' Mike Bigelow, u Decameron Pie, ta' David Leland, imma f'dawn iż-żewġ okkażżjonijiet għamlet ftit aktar minn dehra waħda.
Fl-2005, ikkonduċiet għal ġimgħa l-programm Striscia la Notizia flimkien mal-eks-kollega Maddalena Corvaglia. Fl-2006, ħadet sehem fil-film Natale a New York, ta' Neri Parenti, fejn interpretat it-tifla ta' Christian De Sica.
Irritornat mal-kumpanija ta' Sandro Piccinini f'Controcampo Ultimo Minuto fil-bidu tal-istaġun 2006-07. Fl-2007 kienet ospiti fissa fil-programm tal-Gialappa's band Mai dire Martedì, fejn assistit fil-konduzzjoni lil Mago Forest. Barra minn hekk ippreżentat il-Festivalbar flimkien ma' Giulio Golia u Enrico Silvestrin.
[editja] Televiżjoni
- 1999-02 – Striscia La Notizia
- 2002-07 – Controcampo
- 2002 – Stelle a quattro zampe
- 2003 – Ciro presenta Visitors
- 2004 – Superciro
- 2007 – Mai dire Martedì
- 2007 – Festivalbar
[editja] Filmografija
[editja] Serje
- 2004-05 – Carabinieri
- 2005 – Love Bugs
[editja] Ċinema
- 2004 – Deuce Bigelow 2 - The European Gigolo
- 2005 – Decameron. Angels & Virgins
- 2006 – Natale a New York
[editja] Ħoloq esterni
- Sit uffiċjali
- Elisabetta Canalis fuq Internet Movie Database
- Elisabetta Canalis fuq AskMen.com