Ekonomija ta' Malta

Minn Wikipedija, l-enċiklopedija l-ħielsa
Aqbeż lejn: navigazzjoni, fittex

Ir-riżorsi prinċipali ta' Malta huma l-ġebla, il-pożizzjoni ġeografika u l-prodott tal-ħaddiem Malti. Malta tipproduċi madwar 20% ta' l-ikel li teħtieġ, għandha sorsi limitati ta' ilma ħelu u m'għandha l-ebda sors domestiku ta' enerġija. L-ekonomija tiddependi fuq is-Suq Internazzjonali, manifatturat (speċjalment elettronika u tessuti) u fuq kollox, it-turiżmu; It-Tarzna ta' Malta, li hi kumpanija tal-Gvern, timpjega madwar 3,800 ruħ. Fis-sena 2000, 'l fuq minn 1.2 miljun turist żaru l-gżejjer.

Il-Prodott Gross Domestiku (PGD) per capita hu ta' $13,800, li jpoġġi lil Malta fin-nofs tal-iskala ekonomika tal-Unjoni Ewropea, bejn l-istati sinjuri li oriġinarjament iffurmaw l-UE u l-istati li kienu komunisti tal-Lvant tal-Ewropa. Malta ingħaqdet fl-Unjoni Ewropea fl-1 ta' Mejju 2004, anki jekk kien hemm kwistjoni kbira fuq jekk dan kellux iseħħ. Id-defiċit finanzjarju fil-baġit hu problema fl-ekonomija tal-pajjiż.

L-Ekonomija[editja]

Peress li Malta għandha ftit riżorsi naturali u suq żgħir, l-iżvilupp ekonomiku Malti kien ibbażat fuq il-promozzjoni tat-turiżmu u fuq l-esportazzjoni tal-manifattura li titlob xogħol intensiv. Sa min nofs is-snin 80, l-espansjoni f'dawn l-oqsma kienu il-mutur għat-tkabbir ekonomiku kbir ta' Malta. Investiment fl-infrastruttura sa mill-1987 stimula żieda fil-fortuni turistiċi tal-pajjiż.

Iż-żieda fit-turiżmu u l-qliegħ fil-kambju tal-munita dderivat mit-turiżmu sa mid-dawra fl-1987 kien essenzjali biex tikber l-ekonomija Maltija, u jekk wieħed iqabbel iż-żieda minn dik is-sena għal dik ta' qabilha, ta' rispettivament, 30% u 63% (żieda f'termini ta' dollari Amerikani). Wara l-attakki terroristiċi tal-11 ta' Settembru 2001, l-industrija tat-turiżmu marret naqra lura.

Bl-għajnuna tas-settur ekonomiku internazzjonali, bil-preżenza ta' xi riżorsi domestiċi, u b'politika li tgħin lil investiment orjentat lejn l-esportazzjoni barranija, l-ekonomija setgħet tmantni żmien ta' żieda fl-attività ekonomika. Matul is-snin 90, iż-żieda ekonomika Maltija baqgħet għaddejja, bejn wieħed u ieħor, b'dan l-istess pass . Kemm id-domanda domestika (fil-parti l-kbira konsum) u b'żieda mill-infiq tal-Gvern u l-esportazzjoni ta' servizzi u oġġetti, ikkontribwixxew għal dawn ir-riżultati tajbin.

Grazzi għal dan it-tkabbir fl-ekonomija, il-pajjiż żamm livell baxx ta' nuqqas ta' xogħol. Il-pressjoni fuq is-Suq tax-Xogħol żdiedet, u nuqqas ta' ħaddima abbli biżżejjed saret xi ħaġa komuni, anki jekk l-immigrazzjoni illegali qed tiżdied, u ż-żieda fil-Qligħ Reali qed dejjem togħla.

Żieda fid-domanda kemm fis-settur pubbliku u kemm fil-privat għal kreditu wassal biex -- fl-ambitu tar-rati tal-interess - iseħħ kreditu fuq ir-razzjonament lis-settur privat u l-introduzzjoni ta' ħlas mingħajr interess lill-banek. Anki b'din il-pressjoni, l-inflazzjoni tal-prezz tal-konsumatur baqgħet baxxa, li jirreffletti il-politika tar-rata tal-kambju barranija u l-fdal ta' kontroll tal-prezzijiet.

Il-Gvern Malti qed jipprova jmexxi politka ta' privatizazzjoni gradwali, jieħu xi passi biex ineħħi d-dipendenza tas-swieq fuq interventi diretti mill-gvern, u żieda f'aġenziji li jikkontrollaw lis-suq imma li jħalluh liberu. Però, meta komparata ma' standards internazzjonali, l-ekonomija għada regularizzata ħafna, u tidher li għandha xi xkiel ħabba problemi strutturali antiki.

Hawn bażi soda fis-settur tal-manifattura fejn jidħlu prodotti li jiġu impurtati hawn Malta hu jiġu ri-esportati wara li jkun seħħ xi tibdil jew żieda, bħal elettronika, farmaċewtiċi u tessuti; is-settur tal-manifattura għandu 'l fuq minn 250 enterpriżi barranin li jesportaw ix-xogħol tagħhom. It-Turiżmu jiġġenera 35% tal-Prodott Gross Domestiku (PGD), fejn Malta irnexxiela tattira 1.2 miljun visitur fis-sena 2000.

Fis-sena 2000, l-ekonomija kibret b'7% f'termini nominali u 4.3% f' termini reali. In-nuqqas ta' xogħol kien tbaxxa għal 4.4%, l-iktar livell baxx fi 3 snin. Ħafna kumpaniji li qabel kienu tal-Gvern qed jiġu pprivatiżżati - u suq qed jinħeles.

Minħabba d-daħla ta' Malta fl-Unjoni Ewropea, kellhom jinħelsu s-swieq ta' esportazzjoni u importazzjoni lejn l-istati li jiffurmaw parti mill-Unjoni Ewropea, bit-tneħħija ta' kwoti u tariffi ta' importazzjoni Malta saret parti ħajja mis-suq komun tal-Unjoni Ewropea.

Il-Politka fiskali bħalissa hi diretta biex jonqos id-defiġit fil-baġitt, probabilment ħalli Malta tkun tista tidħol fl-Euro mill-iktar fis possibli. Id-dejn pubbliku żdied minn 24% tal-PGD fl-1990 għall-56% fl-1999. L-Għan hu ta' ratio tad-defiċit mal-PGD ta' madwar 3% fi 3 snin. Fis-sena 2000 dan ir-ratio kien ta' 6.6% tal-PGD, nuqqas minn 11% mis-sena ta' qabel.

Ekonomija f'ċifri[editja]


oħrajn: 0% (1998)

Elettriku - konsum: 1,507 GWh (1998)

Elettriku - esportazzjoni: 0 kWh (1998)

Elettriku - importazzjoni: 0 kWh (1998)

Agrikoltura - prodotti: patata, pastard, għeneb, qamħ, xgħir, tadam, ċitru, fjuri, bżar aħdar; majjal, ħalib, tiġieġ, bajd

Esportazzjoni: $1.8 biljun (1998)

Esportazzjoni - Affarijiet: makkinarju u għodda tat-trasport, manufatturat;

Esportazzjoni - sħab: Franza 20.7%, Stati Uniti 18.1%, Ġermanja 12.6%, Renju Unit 7.7%, Italja 4.8% (1998)

Importazzjoni: $2.7 biljun (1998)

Importazzjoni - Affarijiet: makkinarju u għodda tat-trasport, manufatturat; ikel, xorb, u tabakk

Importazzjoni - sħab: 19.3% Italja, 17.8% Franza, 12.4% Renju Unit, 10.5% Ġermanja, 8.9% Stati Uniti(1998)

Dejn Barrani: $130 miljun (1997)

Għajnuna Finanzjarja Rċevuta: Mhux Pervenut

Munita: 1 ewro (€) = 100 ċenteżmu 1 lira Maltija (LM) = 100 ċenteżmu - cents

Rati tal-Kambju: Lira Maltija (LM) per $ Amerikan 1 - 0.4086 (Jannar 2000), 0.3994 (1999), 0.3885 (1998), 0.3857 (1997), 0.3604 (1996), 0.3529 (1995)

Sena fiskali: 1 ta' April - 31 ta' Marzu

Ara Wkoll - Malta