Edward Sapir

Minn Wikipedija, l-enċiklopedija l-ħielsa

Aqbeż lejn: navigazzjoni, fittex

Edward Sapir, (1884-1939) kien antropologu u lingwista Amerikan, wieħed mill-mexxejja importanti fil-lingwistika strutturali, u li flimkien ma' Benjamin Whorf issuġġerixxa dak li illum tissejaħ l-'Ipoteżi ta' Sapir-Whorf'.

Werrej

[editja] Ħajja u Xogħol

Sapir twieled Lauenburg, il-Ġermanja, illum Lębork fil-Polonja, fis-26 ta' Jannar 1884. Fl-1904 iggradwa mill-Università ta' Columbia , New York, bi grad fil-lingwi Ġermaniċi, iżda l-interessi lingwistiċi tiegħu kienu jħaddnu skopijiet ħafna usa'. Fis-sentejn li segwew għamel studji diretti (field-studies) fuq il-lingwi-Wishram u Takelma. Waqt li kien Columbia University, iltaqa' ma' l-antropologu Franz Boas, li probabbilment kienet il-persuna li l-aktar tagħtu spinta biex jistudja il-lingwi Amerikani.

Għallem fl-Università ta' Chicago u aktar tard l-Università ta' Yale, fejn laħaq kap tad-dipartiment ta' l-antropoloġija. Kien wieħed mill-ewwel li esplora r-relazzjonijiet bejn l-istudji lingwistiċi u l-antropoloġija. Fost l-istudenti tiegħu insibu lil-Fang-kuei Li u Benjamin Whorf.

Sapir ippropona ħarsa ġdida lejn il-lingwa 1921, billi sostna li l-lingwa tinfluenza l-mod kief jaħsbu in-nies. L-idea ta' Sapir ġiet adottata fl-erbgħinijiet minn Whorf u eventwalment saret tissejjaħ l-Ipoteżi ta' Sapir-Whorf.

Fl-artiklu The Psychological Reality of the Phoneme (Ir-realtà psikoloġika tal-Fonema) li ppubblika fl-1949 kien l-ewwel li sostna b'mod ċar ħafna li l-fonema, kategorija astratta ġenerali tal-ħoss, hija psikoloġiament reali u tikkategoriżża l-mod kif nagħrfu.

Fost il-lingwi Amerikani l-ispeċjalitajet tiegħu kienu il-lingwi Athabaskan. Fost il-lingwi u kulturi oħra li studja Sapir ngħoddu il-Wishram Chinook, Navajo, Nootka, Paiute, Takelma, u Yana. Għalkemm magħruf għal xogħol tiegħu fil-lingwistika Amerikana, kien produttiv ħafna f'materji tal-lingwistika ġenerali, kif naraw fil-ktieb tiegħu Language, li jipprovdi kollox, minn klassifikazzjoni tipoloġika grammatikali ta' lingwi li jkopru miċ-Ċiniż san-Nootka, sa spekulazzjonijiet fuq il-Fenomenu tat-tibdil fil-lingwa, (Drift) u l-arbitrarjetà tal-assoċjazzjonijiet bejn il-lingwa, r-razza u l-kultura.

Sapir miet fl-4 ta' Frar 1939 b'problemi tal-qalb.

[editja] Kotba

  • Wishram Texts (1909)
  • Language: An introduction to the study of speech (1921) (link)
  • Nootka Texts (1939)

[editja] Esejs u artikli

  • The Function of an International Auxiliary Language ) (link) ara wkoll Lingwa Awżiljari Internazzjonali
  • The problem of noun incorporation in American languages. Am. Anthropol. 13:250-82. (1911)
  • Time Perspective in Aboriginal American Culture: A Study in Method. Canada Department of Mines, Geological Survey, Memoir 90. Anthropological Series, No. 13. (1916)

[editja] Bibljografija

  • Edward Sapir: Appraisals of His Life and Work. Ed. Konrad Koerner. Philadelphia: John Benjamins, 1984. A collection of obituaries, bibliographic sketches, and critiques (mostly positive) of Sapir's work by his colleagues, students, and others affected by his work.
  • The Collected Works of Edward Sapir. Ed. William Bright. Berlin: Mouton de Gruyter, 1990. Volume IV presents more of his anthropological work, and makes reference to his work with Fang-Kuei Li. Volumes V and VI contain his work on American Indian languages, including the letter in which he speculates about a tie between Athabaskan and Sino-Tibetan.

[editja] Ħoloq esterni

Għodda personali