Eddie Fenech Adami
Dott. Edward Fenech Adami (Birkirkara, 7 ta' Frar 1934) kien l-President tar-Repubblika ta' Malta wara li rċieva din il-kariga nhar l-4 ta' April 2004, fejn kien is-suċċessur ta' Guido de Marco. Qabel il-ħatra ta' President, kien serva wkoll ta' Prim Ministru bejn l-1987 u l-1996 u mill-1998 sal-2004.
Werrej |
Bijografija [editja]
Fenech Adami huwa t-tifel ta' Luigi Fenech Adami u Josephine Pace.[1] Huwa hu miżżewweġ lil Mary née Sciberras u għandhom ħamest itfal John, Beppe, Michael, Maria u Luigi.
Fenech Adami ġie edukat fil-Kulleġġ tal-Ġiżwiti f'Birkirkara. Kompla l-istudji tiegħu fl-Università ta' Malta fejn għall-bidu studja l-ekonomija u aktar tard il-liġi.
Politika [editja]
Dott. Edward Fenech Adami ingħaqad mal-Partit Nazzjonalista fil-bidu tal-1960. Huwa daħħal għall-ewwel darba fil-parlament fl-1969. Fl-1977, ftit inqas minn għaxar snin wara li daħal fil-parlament, wara li kien serva f'bosta karigi fil-partit, li jinkludu President tal-Amministrazzjoni u Kunsilli Ġenerali, Fenech Adami ġie elett kap tal-Partit, fejn ħa post lil Dott. Ġorġ Borġ Olivier.
Mill-1969, Fenech Adami ġie elett f'kull elezzjoni ġenerali u bħala Kap tal-Partit huwa rebaħ erba' elezzjonijiet 1987, 1992, 1998 u 2003. Fl-1981, għalkemm il-Partit Nazzjonalista ġabu l-maġġoranza tal-voti, ma irnexxilhomx iġibu l-maġġoranza ta' unijiet (siġġijiet) fil-parlament u għalhekk baqgħu fl-Oppożizzjoni. Tibdil fil-kostituzzjoni ta garanzija li l-partit li jirbah b'maġġoranza assoluta ta' voti jkollu maġġoranza ta' unijiet. Fil-fatt hekk ġara fl-1987.
Bejn l-1987 u l-1996, Fenech Adami bħala Prim Ministru ta' Malta ikkommetta ruħu għal bidla maġġura f'Malta. L-infrastruttura tal-pajjiż, l-istrutturi tal-qasam tax-xogħol u dawk legali ġew leġislati mill-ġdid. Il-settur tal-kummerċ ukoll ingħata bidu ġdid u ġie meħlus mis-settur pubbliku. Il-fergħa tal-kommunikazzjoni, tal-bank u servizzi tal-finanzi ġew liberazzati u privatizzati. Malta bdiet ukoll żmien ta' integrazzjoni mal-Unjoni Ewropea. Malta applikat għall-Unjoni Ewropea fis-16 ta' Lulju 1990.
Bejn l-1996 u l-1998 Dott. Fenech Adami serva bħala Kap tal-Oppożizzjoni sakemm il-partit tiegħu rritorna fil-gvern f'Settembru 1998. Dott. Fenech Adami serva ħames snin oħra bħala Prim Ministru u kap tal-partit tiegħu. L-applikazzjoni ta' Malta għall-Unjoni Ewropea ġiet attivata mill-ġdid minħabba l-Gvern Laburista ta' qablu waqfu l-applikazzjoni. Negozji mal-Unjoni Ewropea ġew konklużi f'Diċembru 2002. F'April 2003 wara rebħa kemm fir-Referendum dwar is-sħubija ta' Malta fl-Unjoni Ewropea kif ukoll fl-elezzjoni ġenerali. Ikkonfermat lil Fenech Adami bħala Prim Ministru mill-ġdid.
Ftit jiem wara, fis-16 ta' April 2003, Fenech Adami iffirma s-sħubija ta' Malta fl-Unjoni Ewropea, flimkien ma' kapijiet oħra li kienu se jissieħbu fl-Unjoni Ewropea fl-1 ta' Mejju 2004. Bħala Prim Ministru Fenech Adami attenda bosta summits tal-Unjoni Ewropea u irrapreżenta lil Malta f'bosta laqgħat tal-Commonwealth. Bħala kap tal-partit huwa attenda diversi laqgħat tal-Partit Popolari Ewropew. F'Diċembru 2003 Fenech Adami irċieva l-premju tal-Ewropew tas-Sena 2003. Il-Premju kien mingħand il-gazzetta famuża European Voice għal-isforz li għamel sabiex iġib lil Malta fl-Unjoni Ewropea.
Fis-7 ta' Frar 2004, mal-għeluq tas-sebgħin sena, Fenech Adami irreżenja bħala kap tal-partit. Fit-23 ta' Marzu 2004 huwa irreżenja wkoll kemm mill-uffiċċju tal-Prim Ministru kif ukoll mis-siġġu parlamentari tiegħu.
Inqas minn ġimgħatejn wara, Dott. Fenech Adami laħaq President ta' Malta fejn ħa post Guido de Marco bħala s-seba' President tar-Repubblika Maltija.
Referenzi [editja]
Ħoloq esterni [editja]
- Profil fuq president.gov.mt
| Predeċessur Ġorġ Borg Olivier |
Kap tal-Partit Nazzjonalista 1977-2004 |
Suċċessur |
| Predeċessur Karmenu Mifsud Bonnici |
Prim Ministru ta' Malta 1987–1996 |
Suċċessur |
| Predeċessur Alfred Sant |
Prim Ministru ta' Malta 1998–2004 |
Suċċessur |
| Predeċessur Guido de Marco |
President ta' Malta 2004–2009 |
Suċċessur |
|
|||||||
|
|||||||