Dyson Falzon

Minn Wikipedija, l-enċiklopedija l-ħielsa
Dyson Falzon
Informazzjoni personali
Isem sħiħDyson Falzon
Twelid9 ta' Marzu 1986 (1986-03-09) (38 sena)
Buġibba, Malta
RwolMidfilder
Mixtliet
Sirens
Karriera professjonali
SninKlabb
2001–2006Mosta
2006–2014Valletta
2010–2011Ħamrun Spartans (self)
2012Mosta (self)
2013–2016Mosta
2017–2018Mqabba
Tim nazzjonali
Malta U17
Malta U19
Malta U21
2006Malta

Dyson Falzon (twieled fid-9 ta' Marzu 1986) huwa eks-plejer tal-futbol Malti li kien jilgħab bħala midfilder.

Karriera[immodifika | immodifika s-sors]

Dyson beda l-karriera tiegħu ma' Sirens. Fl-età ta' 15-il sena ngħaqad ma' Mosta u fl-2001 lagħab l-ewwel logħba tiegħu mat-tim tal-kbar. Mat-tim Mosti għamel total ta' 44 preżenza fejn skorja erba' gowls.

Dyson issieħeb ma' Valletta f'Lulju tal-2006. Xahar wara, eżattament fil-15 ta' Awwissu, Falzon iddebutta għall-ewwel darba mat-tim nazzjonali meta lagħab kontra s-Slovakkja, li sal-lum il-ġurnata baqgħet l-unika apparenza bil-flokk Malti.

Fl-istaġun 2010–11, Dyson ġie misluf lil Ħamrun Spartans fejn magħhom lagħab 10 logħbiet u skorja tliet gowls. Għall-kampjonat 2011–12 huwa reġa' lura ma' Valletta, sakemm f'Jannar ta' wara ssieħeb mal-ewwel klabb tiegħu Mosta bħala self sal-aħħar tal-istaġun.

Unuri[immodifika | immodifika s-sors]

Valletta

Ħoloq esterni[immodifika | immodifika s-sors]