Dundalk

Minn Wikipedija, l-enċiklopedija l-ħielsa
Aqbeż lejn: navigazzjoni, fittex

Dundalk hija belt żgħira f' County Louth fir-Repubblika ta' l-Irlanda, li fiha jgħixu 29,035 ruħ. Hija tinsab qrib il-fruntiera ma' l-Irlanda ta' Fuq. L-isem huwa mnissel minn Dún Dealgan, jiġifieri Il-fortizza ta' Dalga.

Storja[editja]

Wara l-wasla tal-Keltiċi lejn is-sena 500 Q.K., li għammru l-inħawi, bdew ukoll il-leġġendi li sawru l-mitoloġika Keltika. Fosthom hemm dik ta' Táin Bó Cúailnge, fejn tissemma t-taqbida bejn in-nies ta' Connacht, taħt is-Sultana Medb, [tinqara Maeve] u dawk ta' Ulster. Il-ġellieda ta' Connacht xtaqu jisirqu l-barri tar-razza ismar, imsejjaħ Donn Cuailnge, ġaladarba dawn ma xtaqhux jisilfuh għal ftit żmien kemm jgħammar.

Sport[editja]

Il-tim tal-futbol ta' Dundalk, li twaqqaf fl-1903, lgħab kontra ċ-ċampjins Maltin, Hibernians fl-edizzjoni tat-Tazza taċ-Ċampjins ta' l-1979. Fl-ewwel logħba f'Oriel Park rebħu 2-0, u tilfu 1-0 fl-istadjum tal-Gżira ftit jiem wara [1]. Dundalk huwa t-tieni l-aktar klabb li rebaħ unuri fil-pajjiż, u l-aktar logħob bl-impika huwa dak ta' mal-ġirien Drogheda United.

Fl-2007 twaqqaf it-tim tal-ħokij fuq is-silġ, id-Dundalk Bulls, li jilgħabu fid-Dundalk Ice Dome. [2]. Dan huwa sport li qed jaqbad bħalissa fl-Irlanda.

Ħoloq[editja]