Du Fu

Minn Wikipedija, l-enċiklopedija l-ħielsa
Aqbeż lejn: navigazzjoni, fittex
Du Fu (杜甫)
Dufu.jpg
Twelid 712
Okkupazzjoni Poeta

Du Fu (biċ-Ċiniż: 杜甫; bil-Pinjin: Dù Fǔ; bil-Wade-Giles: Tu Fu; 712770) kien poeta prominenti Ċiniż tad-Dinastija Tang. Flimkien ma' Li Hai (Li Po), hu hu spiss imsejjaħ bħala l-ikbar fost il-poeti Ċiniżi.[1] Ix-xewqa kbira tiegħu kienet li jtejjeb lil pajjiżu billi jsir qaddej ċivili ta' suċċess, però naqas li jagħmel dan. Ħajtu, bħall-pajjiż sħiħ, kien magħdur mir-Ribelljoni ta' An Lushan tas-sena 755, u l-aħħar ħmistax-il sena ta' ħajtu kien perjodu mimli attività kontinwa.

Għall-bidu x-xogħlijiet tiegħu ftit li xejn kienu magħrufa fost il-kittieba l-oħra, imma aktar tard ix-xogħlijiet tiegħu kellu jinfluwenzaw bil-kbir il-kultura letterarja kemm dik Ċiniża u anki dik Ġappuniża. Hu kien ġie msejjaħ bħala l-poeta-Storiku u l-Poeta-Saġġ mill-kritika Ċiniża, waqt li l-opri letterarji tiegħu wasslu għall-introduzzjoni tiegħu fl-ambitu tal-kultura tal-Punent bħal "Virġilju, Orazju, Ovidju, Shakespeare, Milton, Burns, Wordsworth, Béranger, Hugo jew Baudelaire".[2]

Referenzi[editja]

  1. ^ Ebrey, 103.
  2. ^ Hung, 1.

Ħoloq esterni[editja]