Drittijiet tax-xandir tal-Kampjonati Ewropej tal-Futbol 2008

Minn Wikipedija, l-enċiklopedija l-ħielsa
Aqbeż lejn: navigazzjoni, fittex

Id-drittijiet tax-xandir għall-Kampjonati Ewropej tal-Futbol 2008 qed jilħqu aktar nies madwar id-dinja minn qatt qabel. Qabel il-UEFA kienet tbigħ id-drittijiet tal-kampjonat permezz tal-European Broadcasting Authority (EBU) imma għall-2008 ħadmu mod ieħor permezz ta' l-aġenzija SportFive. SportFive laħqet kull suq individwali u kien b'dan il-mod li żgurat aktar id-drittijiet għall-kompetizzjoni b'saħħitha bejn ix-xandara.

Il-UEFA xtaqet li tieħu 600 miljun ewro mid-drittijiet tat-televiżjoni iżda rrnexxielha tieħu qligħ aktar milli riedet. Fil-fatt il-UEFA ħadet 410 miljun ewro mill-akbar ħames swieq, il-Ġermanja, ir-Renju Unit, Franza, l-Italja u Spanja. Id-drittijiet tax-xandir b'kollox żguraw 30% aktar mid-drittijiet tal-Kampjonati Ewropej tal-Futbol 2004 għall-UEFA.

Il-UEFA żammet il-liġi li kull pajjiż irid juri t-tim nazzjonali tiegħu b'xejn fuq it-televiżjoni. Iżda l-UEFA kienet ixxukkjata li lista ta' attivitajiet li suppost jidhru fuq it-televiżjoni terrestre fir-Renju Unit inkludew il-logħbiet kollha tal-kampjonat għalkemm l-ebda tim fil-Gran Brittanja ma kwalifika għal din l-attività.