Diskussjoni mudell:Clear

Page contents not supported in other languages.
Minn Wikipedija, l-enċiklopedija l-ħielsa

Għal template importanti bħal din, aħjar kieku għamilt użu minn {{ħassar minnufih}} biex b'hekk tkun tista' tagħti r-raġuni wara l-proposta għat-tħassir. X'inhi r-raġuni li pproponejt dan il-mudell għat-tħassir? Chrisportelli 10:47, 6 Settembru 2008 (UTC)[wieġeb]


Jien qatt ma nagħmel użu minn "ħassar minnufih" għax ma nkunx ċert, nippreferi nipproponi milli nimponi. Fuq dan il-mudell kont ftit indeċiż biex inkun onest u poġġejtu bħalha proposta, issa la wieħed bħalhek jara dan il-mudell importanti se mmur lura fuq id-deċiżjoni tiegħi u neħħejt il-proposta però mexxejt il-paġna għat-titlu aktar Malti.

Barra minn hekk qiegħed ninota li nies bħalhek għadhom jagħmlu użu mill-kelma "template" kemm hawnhekk kif ukoll f'xogħlok. Wara li fuq il-pjazza kulħadd ta l-kunsens tiegħu li nagħmlu użu mill-kelma mudell biss.

--Gian 14:33, 6 Settembru 2008 (UTC)[wieġeb]

L-isem ta' din il-paġna hu ħażin, għax ma jaqbilx mal-funzjon ta' din it-template. Aħjar kieku tiddiskuti milli toqgħod tmexxi l-paġni. Naddaf fuq il-Wikipedija tfisser bħal w:Template:Cleanup, u w:Tempalte:Clear mhix l-istess ħaġa. Għalhekk għandna nħalluha kif kienet; m'hemmx bżonn li kollox jiġi tradott għall-Malti f'dak li għandu x'jaqsam ma' mudelli. Chrisportelli 14:31, 6 Settembru 2008 (UTC)[wieġeb]

Iva hemm bżonn li kollox ikun tradott għal Malti.. x'affarijiet dawn. X'Wikipedija Maltija tkun jekk l-ismijiet tal-mudelli jkunu bl-Ingliż? Trid xi sforz kbir biex tuża l-lingwa Maltija flok dik Ingliża jew Taljana. Jien ma naħsibx.

Dwar l-isem tat-titlu għalissa poġġejta Naddaf sakemm insib kelma aħjar. Kont qiegħed naħseb fil-kelma "tisfija" imma kont qiegħed naħseb niddiskutija magħkom qabel.

--Gian 14:39, 6 Settembru 2008 (UTC)[wieġeb]

Għandek raġun fuq dan ir-rigward li niktbu bil-Malti. Però aħjar li kieku ħallejt il-paġna kif inhi u mbagħad mexxejtha meta tkun sibt it-titlu adattat, għax inkella se noqgħodu mmexxu lejn paġna għal oħra, sakemm insibu l-isem it-tajjeb. Fuq tisfija ma tantx naraha li taqbel. Bil-Malti hu diffiċli li ssib kelma li taqbel mal-funzjon ta' dan il-mudell, però ċċekkja l-verżjoni Ingliża tal-mudell ħalli tieħu idea. Chrisportelli 14:53, 6 Settembru 2008 (UTC)[wieġeb]