Diskussjoni:Ġove (pjaneta)

Page contents not supported in other languages.
Minn Wikipedija, l-enċiklopedija l-ħielsa

Ħloqt tabella sabiex ikunu jistgħu jitqassmu aħjar l-informazzjoni tal-pjaneti u l-karatteristiċi partikolari tagħhom. Dik li għamilt hija biss verżjoni qasira, iktar tard nimmodifikaha u nżid iktar karatteristiċi. --Roderick Mallia 15:31, 20 Settembru 2005 (UTC)[wieġeb]


Dettalji minuri[immodifika s-sors]

  • F'din is-sentenza Il-bordura ta' dil-ponta ddur kontra l-arloġġ f'madwar erbat jew sitt ijiem bi rwieħ interni ta' 100 m/s (200 mph), għalli jista' jkun ridt tgħid irjieħ, il-plural ta' riħ? F'din is-sentenza wkoll biddiltlek erba' għal erbat la darba tirreferi għal kelma monosillabika i.e. jiem.
  • probabbli tinkiteb hekk. Fit-test sibtha ħafna drabi *probbabli.
  • Għad li fit-Taljan pjaneta hija nom maskili, fil-Malti huwa nom fil-femminil. Din hi bħal sistema, dijadema, u problema, fost l-oħrajn, li fit-Taljan huma fil-maskil imma fil-Malti mhux hekk.

Prosit tal-bqija --Ferdinand 16:54, 20 Settembru 2005 (UTC)[wieġeb]

Veru ħaqqu prosit Aldo. Qed jagħmel biċċa xogħol tajba b'dawn l-artikli dwar l-astronomija. --Roderick Mallia 18:14, 20 Settembru 2005 (UTC)[wieġeb]