Digão
Minn Wikipedija, l-enċiklopedija l-ħielsa
| Digão |
||
| Informazzjoni personali | ||
|---|---|---|
| Isem sħiħ | Rodrigo Izecson dos Santos Leite | |
| Twelid | 14 ta' Ottubru 1985 Brasília |
|
| Pajjiż | ||
| Tul | 1.94 m | |
| Rwol | Difensur | |
| Informazzjoni fuq il-klabb | ||
| Klabb kurrenti | Standard de Liège | |
| Numru | 13 | |
| Klabbs ġovanili | ||
| 2003–2004 2004–2005 |
São Paulo FC Milan |
|
| Klabbs professjonali | ||
| Snin | Klabb | Preż (Gwl)* |
| 2005– 2005–2007 2008– |
Milan → Rimini (self) → Standard (self) |
1 (0) 23 (1) 1 (0) |
|
* Preżenzi (Gowls) |
||
Rodrigo Izecson dos Santos Leite, magħruf aħjar bħala Digão[1] (Brasília, 14 ta' Ottubru 1985) huwa plejer tal-futbol Brażiljan li jinsab taħt self mat-tim ta' Standard Liège, minn ma' AC Milan. Digão qatta' żewġ staġuni taħt self mat-tim ta' Rimini Calcio. Huwa hu ħu l-istilla tat-tim tat-tim ta' AC Milan, Kaká.
Digão għamel id-debutt tiegħu f'logħba ta' ħbiberija kontra Dynamo Kiev fis-6 ta' Settembru 2007, fejn irċieva karta safra matul il-partita. Apparenza oħra kienet fit-telfa ta' Milan ta' 2–1 kontra Calcio Catania fl-20 ta' Diċembru fil-kompetizzjoni tal-Coppa Italia. Hu għamel l-ewwel dehra fis-Serie A fil-logħba kontra SS Lazio nhar l-1 ta' Marzu 2008 bħala sostitut għal Marek Jankulovski. Il-logħba spiċċat pari ta' 1–1.
Fit-13 ta' Awwissu 2008, Standard de Liège ħabbru fuq is-sit uffiċjali tagħhom li Digão kien se jingħaqad maċ-ċampjins Belġjani b'self għal sena.[2]
[editja] Referenzi
[editja] Ħoloq esterni
- Profil fuq acmilan.com