Daniel Van Buyten

Minn Wikipedija, l-enċiklopedija l-ħielsa
Aqbeż lejn: navigazzjoni, fittex
Daniel Van Buyten
Daniel Van Buyten.jpg
Informazzjoni personali
Isem sħiħ Daniel Van Buyten
Twelid 7 ta' Frar 1978 (1978-02-07) (34 sena)
Chimay
Pajjiż Bandiera tal-Belġju Belġju
Tul 1.96 m
Rwol Difensur
Informazzjoni fuq il-klabb
Klabb kurrenti Bayern Munich
Numru 5
Klabbs ġovanili
1986–1991 JS Froidchapelle
1991–1993 Olympic Charleroi
1993–1994 UBS Auvelais
1994–1997 FC Somzée
1997–1998 Charleroi
Klabbs professjonali*
Snin Klabb Preż Gwls
1998–1999 Charleroi 19 (1)
1999–2001 Standard Liège 57 (7)
2001–2004 Marseille 76 (2)
2004 Manchester City (self) 5 (0)
2004–2006 Hamburger SV 61 (7)
2006– Bayern Munich 120 (15)
Tim nazzjonali
2001– Belġju 59 (9)
* Il-preżenzi u l-gowls fil-karriera professjonali huma validi biss għall-kampjonat domestiku.
Aġġornament: 14:57, 9 Ġunju 2011 (UTC)

Daniel Van Buyten (Chimay, 7 ta' Frar 1978) huwa plejer tal-futbol Belġjan li jilgħab bħala difensur ċentrali mal-klabb Ġermaniż ta' Bayern Munich.

Werrej

[editja] Karriera

Wara li beda l-karriera tiegħu ma' Charleroi ġewwa l-Belġju, aktar tard ingħaqad ma' Standard Liège fejn matul iż-żmien żviluppa bħala wieħed mill-aqwa difensuri fil-kampjonat nazzjonali. Fl-2001, waslet il-qabża l-kbira meta ingħaqad ma' Olympique Marseille ġewwa Franza għal somma ta' 12-il miljun ewro. Ma' dan il-klabb hu kopra l-irwol ta "difensur-attakkant", fejn barra d-daqqiet ta' ras tajbin li kellu, kien jipposjedi xuttijiet qawwijin. Għall-istaġun 2003–04 ġie msellef lill-klabb Ingliż ta' Manchester City, esperjenza li ratu biss jilgħab ħames logħbiet fil-kampjonat.

Fl-2004, hu ngħaqad ma' Hamburg fejn fiż-żewġ staġuni li qatta' mal-klabb irfina r-reputazzjoni tiegħu fil-Bundesliga. Din ir-reputazzjoni attirat lil Bayern Munich, li fl-2006 akkwistawh fejn iffirma kuntratt li kien se jżommu mal-klabb Bavarjan sal-istaġun 2009–10. Minkejja l-kompetizzjoni qawwija li kienet teżisti għal post regulari fl-iskwadra, Van Buyten żviluppa ma' Lúcio koppja difensiva affidabbli, li kienet il-preferuta tal-kowċ Ottmar Hitzfeld. L-ewwel gowl tiegħu wasal fid-9 ta' Diċembru, 2006, hekk kif il-gowl tiegħu issiġilla r-rebħa ta' 2–1 kontra Energie Cottbus. Madanakollu, l-ikbar kontribuzzjoni tiegħu fl-ewwel staġun tiegħu waslet fiċ-Champions League meta nhar it-3 ta' April, 2007, skorja darbtejn (wieħed minnhom fl-aħħar minuta) fl-ewwel leg tal-kwarti tal-finali barra minn darhom kontra Milan.

Fiż-żewġ staġuni li segwew hu sab postu iktar fuq il-bank tas-sostituti. Bit-tluq ta' Lúcio, għall-istaġun 2009–10 il-kowċ Louis van Gaal ta post regulari lil Van Buyten li beda jifforma koppja difensiva ma' Martin Demichelis. Dan l-istaġun kien immarkat bil-finali tal-UEFA Champions League, fejn hu lagħab il-logħba sħiħa minkejja li Bayern ħarġu telliefa.

Fi Frar tal-2010, Bayern Munich ħabbru li Van Buyten iffirma kuntratt ġdid li se jżommu mal-klabb sal-2012.

[editja] Internazzjonali

Van Buyten issejjaħ għall-ewwel darba mat-tim nazzjonali Belġjan fl-2001 u kien fl-iskwadra magħżula għat-Tazza tad-Dinja 2002.

[editja] Unuri

[editja] Klabb

Ġermanja Bayern Munich

[editja] Ħajja privata

Missieru, Franz, kien lottatur popolari Belġjan fl-Ewropa bejn l-1960 u l-1980. Ommu, Renate, hija ta' nazzjonalità Ġermaniża.

[editja] Ħoloq esterni

Għodda personali
Spazji tal-isem

Varjanti
Azzjonijiet
Navigazzjoni
Komunità
Għodda
F'lingwi oħrajn