Cork

Minn Wikipedija, l-enċiklopedija l-ħielsa
Cork
 Irlanda
Amministrazzjoni
Stat sovranIrlanda
Province of IrelandMunster (en) Translate
County of IrelandCounty Cork (en) Translate
Isem uffiċjali Corcaigh
Cork
Ismijiet oriġinali Cork
Corcaigh
Kodiċi postali T12, T21 and T23
Ġeografija
Koordinati 51°54′00″N 8°28′23″W / 51.9°N 8.4731°W / 51.9; -8.4731Koordinati: 51°54′00″N 8°28′23″W / 51.9°N 8.4731°W / 51.9; -8.4731
Lua error in Module:Location_map at line 485: Unable to find the specified location map definition: "Module:Location map/data/Republic of Ireland" does not exist.
Superfiċjenti 37.3 kilometru kwadru
Għoli 0 m
Demografija
Popolazzjoni 222,333 abitanti (2022)
Informazzjoni oħra
Kodiċi tat-telefon 021
Żona tal-Ħin UTC±0
bliet ġemellati San Francisco, Kaliningrad, Coventry, Rennes (en) Translate, Swansea (en) Translate, Shanghaiu Köln
corkcity.ie

Cork hija t-tieni l-akbar belt fir-Repubblika ta' l-Irlanda, u t-tielet fl-Irlanda, wara dik ta' Belfast fl-Irlanda ta' Fuq. Hija tgħodd 120 elf ruħ, iżda din titla' għal 380 elf meta jingħaddu wkoll in-nies ta' County Cork. Il-belt tinsab fin-nofsinhar tal-gżira.

Ix-xmara Lee tgħaddi minn ġo nofs il-belt. Filwaqt li l-belt ta' Dublin hija magħrufa għall-birra Guinness, dik ta' Cork tipproduċi l-birra Murphy's. Il-belt tuża l-port ta' Cobh, ftit kilometri 'l bogħod, bħala dawk ewlieni għall-użu ta' tbaħħir ta' merkanzija u għall-ibburdjar.


Kittieba minn Cork[immodifika | immodifika s-sors]

Fost l-aktar kittieba magħrufa minn Cork hemm id-drammaturgu Frank O'Connor, li kiteb ukoll għadd ta' kotba dwar it-tifkiriet ta' tfulitu, fosthom An Only Child, kif ukoll Liam Ó Murchú. Dan kiteb A time to love? u kien risponsabbli għall-programmi televiżivi bil-Gejliku, fosthom Buntús Cainte u Trom agus Eadrom.

Sport[immodifika | immodifika s-sors]

It-tim tal-futbol ta' Cork huwa Cork City F.C., li twaqqaf fl-1984. Huwa jilgħab fl-Ewwel Diviżjoni tal-Kampjonat Eircom. Bħalissa qed isir xogħol ta' bini fil-grawnd ta' Turner's Cross, li għandu jkun lest fl-2008 u se jkun jesa' 9,000 ruħ.

Referenzi[immodifika | immodifika s-sors]