Cinco de Mayo

Minn Wikipedija, l-enċiklopedija l-ħielsa
Aqbeż lejn: navigazzjoni, fittex
Il-Battalja ta' Puebla

Cinco de Mayo (bl-Ispanjol għal "ħamsa ta' Mejju") hi vaganza nazzjonali fil-Messiku, primarjament iċċelebrata fl-istat ta' Puebla, b'rikonoxximent żgħir f'partijiet oħra tal-Messiku.[1] Din il-btala tikkommemora r-rebħa mhux mistennija tal-armata Messikana fuq il-qawwiet Franċiżi fil-Battalja ta' Puebla ta' nhar il-5 ta' Mejju, 1862, taħt il-kmand tal-Ġeneral Messikan Ignacio Zaragoza Seguín.

Fil-battalja, minkejja li kienu inqas fin-numru, il-Messikani għelbu lill-armata esperta Franċiża li kienet ilha madwar 50 sena ma ssofri telfa. Madanakollu, is-Cinco de Mayo fil-Messiku mhix "btala federali obbligatorja", imma aktar minn hekk btala li tiġi osservata voluntarjament.[2]

Minkejja li fil-Messiku kollu din il-vaganza ftit li xejn tingħata importanza kbira, din id-data hi osservata fl-Istati Uniti u postijiet oħra madwar id-dinja bħala ċelebrazzjoni tal-wirt u l-qlubija Messikana. Madanakollu, fl-Istati Uniti din il-ġurnata tiġi mħawda ma' Jum l-Indipendenza tal-Messiku,[3] li taħbat fis-16 ta' Settembru,[4] l-aktar btala nazzjonali u patrijottika importanti fil-Messiku.

Storja[editja]

Fl-1861, il-Messiku waqfu jagħmlu l-ħlas tal-interessi lill-kredituri tagħhom. Bħala risposta għal dan l-aġir, lejn tmiem l-1861, Franza (u pajjiżi oħra Ewropej) attakkaw lill-Messiku biex jinfurzaw il-ħlas tad-djen. Franza iddeċidiet li tipprova tieħu u tokkupa lill-Messiku. Fl-ewwel invażjoni Franza irnexxielha tagħmel dan; però, fil-5 ta' Mejju, 1862, fil-belt ta' Puebla, il-Messikani kienu mmexxija mill-Ġeneral Ignacio Zaragoza Seguín. Minkejja li l-armata Messikana kienet rebbieħa fuq il-Franċiżi fi Puebla, ir-rebħa ttardjat l-invażjoni Franċiża f'Mexico City. Sena wara, Franza bdew jokkupaw lill-Messiku. Il-Franċiżi poġġew lil Massimiljanu I, Imperatur tal-Messiku fuq it-tron tal-Messiku. Il-Franċiżi, wara pressjoni min-naħa tal-Amerika, eventwalment irtirat bejn l-1866 u l-1867. Massimiljanu ingħata l-piena tal-mewt mill-President Benito Juarez, ħames snin wara l-Battalja ta' Puebla.

Popularità taċ-ċelebrazzjoni[editja]

Messiku[editja]

Il-vaganza tas-Cinco de Mayo hi primarjament vaganza reġjonali fil-Messiku, biċ-ċelebrazzjonijiet isiru f'partijiet limitati tal-Messiku. Dawn iċ-ċelebrazzjonijiet jinkludu l-ikel, il-mużika u ż-żfin.

Stati Uniti[editja]

Żeffiena fil-festival annwali tas-Cinco de Mayo.

Ġewwa l-Istati Uniti, is-Cinco de Mayo bdiet tirċievi aktar importanza milli tirċievi ġewwa l-Messiku stess.[5] Din id-data hi tabilħaqq l-aktar rikonoxxuta fl-Istati Uniti bħala data li fiha tiċċelebra l-kultura u l-esperjenzi tal-Amerikani ta' dixxendenza Messikana. Din il-festa hi osservata minn ħafna Amerikani, irrelevanti liema huma l-oriġini etniċi tal-persuna. Iċ-ċelebrazzjonijiet jinvolvu simboli tradizzjonali Messikani, bħall-Virgen de Guadalupe, u figuri prominenti ta' dixxendenza Messika fl-Istati Uniti, bħal César Chávez.[6] Biex jiċċelebraw, ħafna juru bnadar tas-Cinco de Mayo waqt li d-distretti tal-iskola jorganizzaw avvenimenti speċjali biex jedukaw lill-istudenti dwar is-sinjifikat ta' din il-ġurnata. L-avvenimenti u ċ-ċelebrazzjonijiet li jsiru juru influwenza Messikana, speċjalment fil-mużika u ż-żfin reġjonali. Xi eżempji jinkludu l-ballet folklórico u dimostrazzjonijiet ta' mariachi li jsiru kull sena ġewwa l-Plaza del Pueblo de Los Angeles. Dawn iċ-ċelebrazzjonijiet joffru wkoll spunt għall-bejgħ u promozzjoni ta' prodotti u servizzi Messikani, bl-emfasi taqa' fuq ix-xorb, l-ikel u l-mużika tipika.[7][8]

Referenzi[editja]

  1. ^ (Ingliż) Cinco de Mayo, From Mexican Fiesta to Popular U.S. Holiday. National Geographic. Aċċess tal-URL: 05-05-2009.
    "L-anniversarju ta' din ir-rebħa ftit jiġi ċċelebrat fil-Messiku kollu"
  2. ^ List of Public and Bank Holidays in Mexico 14 ta' April, 2008. Din il-lista tindika li s-Cinco de Mayo mhix dia feriado obligatorio ("btala obbligatorja"), imma minflok hi btala li tista' tiġi osservata voluntarjament.
  3. ^ Adam Brooks. (Ingliż) Is Cinco De Mayo Really Mexico's Independence Day?. NBC 11 News. Aċċess tal-URL: 05-05-2009.
  4. ^ The World Factbook Ikkonsultata fis-6 ta' Frar, 2009.
  5. ^ "Fuq termini storiċi, il-battalja li l-komunitajiet fi ħdan l-Amerika qegħdin jippreparaw biex jiċċelebraw fi tmiem il-ġimgħa mhix daqshekk important, jistqarr John Renteira, direttur taċ-Centro Civico Mexicano. Il-Battalja ta' Puebla tal-5 ta' Mejju, 1862, fil-Messiku ftit li xejn tingħata importanza, jgħid Renteira. Imma ċ-ċelebrazzjoni tat-telfa tal-invażuri Franċiżi minn armata Messikana, immexxija minn ġeneral imwieled ġewwa Texas, qed issir xi ħaġa Amerikana. "Qed issir aktar fenomenu kulturali, kummerċjali fit-termini ta' edukazzjoni tal-pubbliku biex japprezzaw il-kultura Messikana," Renteira qal. "Din hi verament ġurnata Amerikana, mhux ħaġa Messikana, u aħna ma ngħidu xejn kontra dan." Stqarrija uffiċjali mill-Konsulat Messikan 8 ta' Mejju, 2007.
  6. ^ F'ċerti lokalitajiet b'komunitajiet non-Messikani Ispaniċi, bħall-Flordia, iċ-ċelebrazzjoni kibret għal waħda non-Messikana. Ahorre.com 8 ta' Mejju, 2007.
  7. ^ "Mill-perspettiva tiegħi bħala professjonista fil-bejgħ, is-Cinco de Mayo tbiddlet għal btala nazzjonali ddisinjata mill-Fifth Avenue biex tbigħ l-alkoħol u tkabbar aktar il-konsumeriżmu f'atmosfera ferrieħija." 5 ta' Mejju, 2007.
  8. ^ Smithsonian Institution paper 8 ta' Mejju, 2007. "Din hi d-daħla kummerċjali għan-nies li jixtiequ jidħlu fis-swieq Latini," jgħid Felix Gutierrez, għalliem tal-ġurnaliżmu fil-USC Annenberg School for Communication f'Los Angeles." Ahorre.com 8 ta' Mejju, 2007.

Ħoloq esterni[editja]