Capital Radio

Minn Wikipedija, l-enċiklopedija l-ħielsa
Aqbeż lejn: navigazzjoni, fittex

Capital 88.7 (Capital Radio) huwa stazzjon tar-radju nazzjonali li jxandar f'Malta fuq il-frekwenza ta' 88.7FM. L-istazzjon ilu mmexxi minn Mediacoop Ltd minn meta fetaħ fl-1 ta' Lulju, 1998. Seba' snin wara, f'Lulju 2005, Mediacoop xtrat il-liċenzja ta' l-istazzjon mingħand is-sidien preċedenti, Alt Services, u issa hija sid ta' l-istazzjon. Minn Ottubru 2005, Capital Radio mexa għal uffiċini ġodda ta' l-ogħla kwalità fi Triq Sant'Ursola fil-Belt Valletta. Dan l-istazzjon li għandu bħala identità tiegħu l-mużika tas-snin 80, hu popolari ħafna mas-semmiegħa li għandhom bejn 25 u 45 sena. Dan jixhduh stħarriġ ta' l-Awtorità tax-Xandir wara l-ieħor, kif ukoll bosta azjendi u persuni li jirreklamaw fuq dan l-istazzjon.

Capital Radio għandu tim ta' preżentaturi mill-aqwa u joffri wieħed mill-aħjar servizzi ta' l-aħbarijiet indipendenti fil-pajjiż.

L-istazzjoni sikwit jorganizza attivitajiet li permezz tagħhom ħaddiema differenti ta' l-istazzjon jagħmlu kuntatt ma' bosta segwaċi u semmiegħa mifruxin madwar il-pajjiz. Capital Radio huwa wkoll popolari ħafna mal-Maltin li jgħixu jew jaħdmu barra minn Malta kif ukoll ma' xi barranin li jidħlu jisimgħu l-istazzjoni minn fuq is-sit elettroniku ta' l-istazzjon.

Ħoloq esterni[editja]