Opossum sufi ta' Derby

Minn Wikipedija, l-enċiklopedija l-ħielsa
(Rindirizzat minn Caluromys derbianus)
Opossum sufi ta' Derby
Stat ta' konservazzjoni

Riskju minimu (IUCN 3.1)
Klassifikazzjoni xjentifika
RenjuAnimalia
PhylumChordata
KlassiMammalia
OrdniDidelphimorphia
FamiljaDidelphidae
ĠeneruCaluromys
speċi Caluromys derbianus
Waterhouse, 1841
Distribuzzjoni ġeografika

L-opossum sufi ta' Derby, magħruf xjentifikament bħala Caluromys derbianus, huwa mammiferu marsupjal tal-familja Didelphidae (didelfidu), fl-ordni Didelphimorphia (didelfimorfju), nattiv tal-kontinenti Amerikani b'firxa min-Nofsinhar tal-Messiku sat-Tramuntana tal-Ekwador.

Dan l-opossum sufi ġeneralment jippreferi jgħix f'abitat ta' foresti primarji (għalkemm jisab ukoll f'dawk sekondarji), kemm dawk dejjem ħodor kif ukoll dawk li jwaqqgħu l-weraq u mal-firxa vasta li għandu, huwa jinsab fi stat kemm minn dak ta' lokalment komuni, sa dak ta' mhux komuni f'inħawi oħra.

Bħal kull membru tal-ġeneru Caluromys, l-opossum sufi ta' Derby huwa annimal strettament siġri (jgħix fis-siġar), għandu il-kwozjent tal-enċefalizazzjoni (il-massa ċelebrali mmqabla fi proporzjon mal-massa tal-ġisem) ta' rata aktar għolja minn dik tal-opossumi l-oħrajn, botna iżgħar u denb twil u tqil ħafna f'aktar minn nofs it-tul kollu tiegħu.

Dieta[immodifika | immodifika s-sors]

L-opossum sufi ta' Derby huwa annimal omnivoru u d-dieta tiegħu tikkonsisti minn frott, żrieragħ, weraq, ħxejjex rotob, insetti, annimali invertebrati żgħar u possibilment annimali mejta jew fi stat ta' dekompożizzjoni wkoll.

Distribuzzjoni[immodifika | immodifika s-sors]

Dan l-opossum għandu distribuzzjoni ma' bosta pajjiżi fin-Nofsinhar tal-kontinent tal-Amerika ta' Fuq, fl-Amerika Ċentrali u fit-Tramuntana tal-kontinent tal-Amerika t'Isfel u jinsab fil-Beliże, l-Ekwador, il-Gwatemala, il-Ħonduras, il-Kolombja, il-Kosta Rika, il-Messiku, in-Nikaragwa u l-Panama.

Klassifikazzjoni[immodifika | immodifika s-sors]

Referenzi[immodifika | immodifika s-sors]

  • Wilson, D. E.; Reeder, D. M. Mammal Species of the World (bl-Ingliż) (3 ed.). Johns Hopkins University Press. ISBN 0-8018-8221-4.
  • Eisenberg, John F.; Redford, Kent H. (2000). Mammals of Neotropics: Ecuador, Bolivia and Brazil (bl-Ingliż).
  • "Caluromys derbianus" (bl-Ingliż). Lista Ħamra ta' Speċi Mhedda tal-IUCN 2006.

Ħoloq esterni[immodifika | immodifika s-sors]