Bruno Pesaola
| Informazzjoni personali | |||
|---|---|---|---|
| Isem sħiħ | Bruno Pesaola | ||
| Twelid | 28 ta' Lulju 1925 Buenos Aires |
||
| Pajjiż | |||
| Nazzjonalità | |||
| Rwol | Attakkant | ||
| Klabbs professjonali* | |||
| Snin | Klabb | Preż | Gwls |
| 1939–1944 | River Plate | ||
| 1945–1946 | Dock Sud | ||
| 1947–1950 | Roma | 88 | (20) |
| 1950–1952 | Novara | 64 | (15) |
| 1952–1960 | Napoli | 240 | (27) |
| 1960–1961 | Genoa | 20 | (5) |
| 1961–1962 | Scafatese | ||
| Tim nazzjonali | |||
| 1957 | Italja | 1 | (0) |
| Timijiet ikkowċjati | |||
| 1962–68 | Napoli | ||
| 1968–1971 | Fiorentina | ||
| 1972–1976 | Bologna | ||
| 1976–1977 | Napoli | ||
| 1977–1979 | Bologna | ||
| 1979–1980 | Panathinaikos | ||
| 1980–1981 | Siracusa | ||
| 1982–1983 | Napoli | ||
| 1983–1985 | Puteolana | ||
| * Il-preżenzi u l-gowls fil-karriera professjonali huma validi biss għall-kampjonat domestiku. | |||
Bruno Pesaola (Buenos Aires, 28 ta' Lulju 1925) huwa eks-plejer tal-futbol Taljan-Arġentin u kowċ. Hu hu l-aktar famuż għaż-żmien li qatta' ma' Napoli, kemm bħala plejer u kif ukoll bħala kowċ.
Werrej |
Karriera [editja]
Klabb [editja]
Bruno Pesaola beda l-karriera tiegħu mal-klabb taż-żgħażagħ tar-River Plate. F'nofs is-snin erbgħin ingħaqad mat-tim Taljan tar-Roma, fejn iddistingwa ruħu bħala attakkant veloċi u miċidjali. Wara li kien weġġa' t-tibja u l-fibula wara daħla minn avversarju fil-konfront tas-26 ta' Frar 1950 kontra Palermo, Pesaola kellu jħalli 'l-klabb tal-kapital fl-aħħar tal-istaġun.
Għal żewġ staġuni lagħab ma' Novara, fejn jibqa' mfakkar għall-gowl li skorja kontra t-tim tal-Juventus fid-29 ta' April 1951 fir-rebħa ta' 3–1 li kienet l-ewwel rebħa interna tal-klabb kontra t-tim minn Turin għal ħdax-il sena. Wara ngħaqad ma' Napoli, fejn mat-tim ta' Napli sar wieħed mill-plejers simboliċi fit-tmien snin li kien mal-klabb. Bejn l-1953 u l-1960 kien ingħata l-faxxa ta' kaptan tat-tim.
Nazzjonal [editja]
Minkejja li twieled l-Arġentina, hu ddebutta mat-tim nazzjonali Taljan f'Liżbona kontra l-Portugall fir-rebħa ta' 3–0 tas-26 ta' Mejju 1957. Barra minn hekk lagħab sitt logħbiet mat-tim nazzjonali B.
Kowċ [editja]
L-ewwel esperjenza tiegħu ta' kowċ kienet ma' Scafatese fejn kopra wkoll ir-rwol ta' plejer. Fl-1962, ġie magħżul biex jissostitwixxi lil Fioravante Baldi bħala l-kowċ il-ġdid ta' Napoli li kienu jinsabu fiż-żona tar-relegazzjoni tas-Serie B. Hu mhux biss irnexxielu jeħles lit-tim minn qiegħ il-klassifika, imma kiseb il-promozzjoni għas-Serie A. Man-Napoli rebaħ l-ewwel Coppa Italia, l-ewwel trofew Ewropew (it-Tazza tal-Alpi tal-1966) u wassalhom għat-tieni post fl-1968. Mal-Fiorentina rebaħ l-ewwel scudetto fl-1968–69, rebaħ Coppa Italia mal-Bologna fl-1974 u man-Napoli (fit-tielet esperjenza tiegħu mal-klabb) salvahom għal darb'oħra minn relegazzjoni ċerta.
Ħoloq esterni [editja]
- Dettalji tal-karriera fuq National Football Teams