Beerschot AC

Minn Wikipedija, l-enċiklopedija l-ħielsa
Aqbeż lejn: navigazzjoni, fittex
Beerschot AC
Beerschot AC.png
Isem sħiħ Koninklijke Beerschot Antwerpen Club
Ismijiet oħra De Mannekes
Fundazzjoni 1999
Xoljiment 2013
Grawnd Olympisch Stadion, Antwerp
(Jesa': 12,771)
Sit elettroniku http://www.beerschot.be/
Darhom
Barra minn darhom

Koninklijke Beerschot Antwerpen Club, magħruf ukoll bħala Beerschot AC, huwa klabb tal-futbol professjonali Belġjan, ibbażat ġewwa l-belt ta' Antwerp. Huma bdew jilagħbu fl-Ewwel Diviżjoni mill-istaġun 1989-90. Il-klabb ġie stabbilit fl-1999 bħala riżultat tal-għaqda bejn K Beerschot VAC u KFC Germinal Ekeren, li b'hekk ħadu f'idejhom il-matricule number u l-istorja. Qabel din l-għaqda, Germinal Ekeren kien klabb tal-ewwel diviżjoni għal 10 snin, filwaqt li l-kampjuni Belġjani għal seba' 7 darbiet Beerschot kienu qed jitħabtu ma' problemi finanzjarji fit-tielet diviżjoni. Il-klabb rebaħ żewġ Tazzi Belġjani, waħda bħala Germinal Ekeren, u l-oħra bħala Germinal Beerschot. L-aħjar klassifikazzjoni tagħhom fil-kampjonat kien it-tielet post fl-istaġuni 1995-96 u 1997-98.

Mal-Bidla, arma ġdida ġiet introdotta wkoll, li ssostitwixxit l-arma antika ta' Germinal Beerschot

Mal-għaqda, il-klabb ċaqlaq postu minn Veltwijckstadion fil-muniċipalità ta' Ekeren għall-Olympisch Stadion fil-viċinati ta' Kiel ġewwa Antwerp. Il-ħwejjeġ tagħhom ġew imħallta bl-isfar u l-aħmar ta' Germinal Ekeren u bil-vjola ta' Beerschot. L-akbar rivali tagħhom huma Royal Antwerp FC. Fis-17 ta' Mejju 2011, il-klabb bidel ismu mill-ġdid għall-Koninklijke Beerschot Antwerpse Club jew Beerschot AC. Il-bidla tal-isem kien ir-riżultat tal-ġlieda interna li qasmet il-bord tad-diretturi li ntemmet mal-ewwel bil-membri tal-bord ta' Germinal Ekeren ibattlu l-pożizzjoni tagħhom, din wittiet triq ħielsa li neħħiet l-aċċenn ta' Germinal [1] fl-isem tat-tim mid-diretturi ġodda bħala parti mill-pjan ta' negozju biex jirrestawraw l-ewwel glorja ta' K. Beerschot VAC.

Wara li kienu relegati fl-istaġun 2012–13, il-klabb kien falla fl-aħħar tal-istaġun u tneħħa mill-kompetizzjoni għal kollox. F'Ġunju tal-2013 il-klabb KFCO Wilrijk ingħaqad ma' Beerschot AC u fforma KFCO Beerschot-Wilrijk. Dan il-klabb il-ġdid se jibda jilgħab fl-ewwel diviżjoni tal-Kampjonati Provinċjali Belġjani.[2]

Stadju[editja]

L-Olympisch Stadion jew Kielstadion[3] kien mibni bħala stadju prinċipali għall-Olimpjadi tas-sajf 1920 ġewwa Antwerp. Dan l-istadju ospita bosta mil-logħob fl-Olimpjadi. Illum dan il-grawnd jintuża għall-logħob tal-futbol u huwa l-istadju ta' Beerschot AC.


Unuri[editja]

Parteċipazzjoni fl-Ewropa[editja]

Minn Diċembru, 2008.
Kompetizzjoni Apparenzi Logħob Rebħ Dro Telf GF GK
Cup Winners' Cup 1 4 2 1 1 8 9
UEFA Cup 4 10 3 4 3 11 12
Intertoto Cup 2 6 2 3 1 11 7
Staġun Kompetizzjoni Rawnd Klabb Home Away
1991-92 UEFA Cup 1R Skozja Celtic FC 1-1 0-2
1995 UEFA Intertoto Cup Grupp 3 Svizzera FC Aarau 3-3
Gżejjer Faroe HB Torshavn 1-1
Rumanija Universitatea Cluj 4-1
Norveġja Tromsø IL 2-0
1996-97 UEFA Cup 1R Awstrija Grazer AK 3-1 0-2
1997-98 UEFA Cup Winners' Cup 1R Serbja Crvena Zvezda 3-2 1-1
2R Ġermanja Vfb Stuttgart 0-4 4-2
1998-99 UEFA Cup 1RK Bosnja-Ħerzegovina FK Sarajevo 4-1 0-0
2RK Svizzera Servette FC 1-4 2-1
2005-06 UEFA Cup 1R Franza Olympique Marseille 0-0 0-0 (1-4 pen.)
2008 UEFA Intertoto Cup 2R Ażerbajġan Neftchi Baku 1-1 0-1

Skwadra[editja]

Mis-6 ta' Settembru, 2012.

N. Poż. Plejer
1 Belġju G Stijn Stijnen
2 Belġju D Stefano Marzo
3 Belġju D Dries Wuytens
4 Franza D Frédéric Brillant
6 Belġju M Wim De Decker
7 Belġju A Benito Raman (taħt self minn AA Gent)
8 Niġerja A Kennedy Nwanganga
9 Iżrael A Roei Dayan
10 Belġju A Joachim Mununga
11 Indoneżja M Joey Suk
15 Belġju M Stijn Wuytens
16 Belġju M Sam van den Abeel
17 Arġentina M Hernán Losada
18 Belġju M Ilias El Yazidi
N. Poż. Plejer
19 Belġju A Marvin Ogunjimi (taħt self minn Mallorca)
20 Belġju G Koen Vanlangendonck
21 Belġju D Alpaslan Öztürk
22 Franza D Maxime Chanot
23 Belġju M Funso Ojo
25 Repubblika tal-Kongo D Maël Lépicier
26 Belġju G Stefan Deloose
27 Spanja D Marcos López
28 Brażil A Wamberto
29 Belġju M Georgy Zhukov
30 Spanja D Raúl Bravo
31 Iżrael M Dor Malul
41 Belġju M Thibaut Van Acker (taħt self minn Club Brugge)

Plejers notevoli[editja]

Arġentina
Belġju
Brażil
Burkina Faso
Kolombja
Kroazja
Danimarka
Maċedonja
Norveġja
Serbja
Afrika t'Isfel
Sirja
Urugwaj

Kowċis notevoli[editja]

Ħoloq esterni[editja]

Referenzi[editja]