Battalja ta' Champaubert

Minn Wikipedija, l-enċiklopedija l-ħielsa
Battalja ta' Champaubert
Parti mill-Gwerra tas-Sitt Koalizzjoni
Data 10 ta' Frar, 1814
Post Champaubert, Lvant ta' Pariġi.
Riżultat Rebħa Franċiża
Belliġeranti
Franza Imperu Franċiż Renju tal-Prussja Prussja,
Russja Imperu Russu
Kmandanti
Napuljun Bonaparti,
Auguste Marmont
Ġeneral Olssufiev
Saħħa
30,000 5,000
Korruti
300 3,000

Il-Battalja ta' Champaubert ġiet miġġielda nhar l-10 ta' Frar, 1814, bejn it-truppi tal-Ewwel Imperu Franċiż, immexxija mill-Imperatur Napuljun Bonaparti u mill-marixxal Auguste Marmont, u l-qawwiet Russi-Prussjani tas-Sitt Koalizzjoni taħt il-gwida tal-Ġeneral Olssufiev.

Xenarju[immodifika | immodifika s-sors]

Il-battalja ta' Champaubert kienet waħda mill-ftit drabi matul il-Gwerra tas-Sitt Koalizzjoni li Franza kellha vantaġġ numeriku konsiderevoli fuq il-front tal-battalja. Napuljun ħadha kontra l-armata estensiva Prussjana bix-xewqa li permezz ta' sensiela ta' battalji, hu jkun jista' jdgħajjef l-armata tal-għadu. Fl-10 ta' Frar, hu qabad il-ħamest elef Russu mmexxija mill-Ġeneral Olssufiev fin-Nofsinhar ta' Champaubert, belt li tinsab fil-wied ta' Marne, fil-Lvant ta' Pariġi.

L-eżerċtu Franċiż kien kompost minn 120 kanun,[1] u minn 30,000 suldat għajjenin u mġewħin, fejn x'uħud minnhom kienu ġew reklutati kontra r-rieda tagħhom. Minkejja dan kollu, il-Franċiżi kienu jgawdu minn vantaġġ numeriku ta' 6 għal 1. Napuljun għażel li jafda l-kmand tal-operazzjonijiet fil-kamp lil Auguste Marmont, li però baqa' taħt id-direttivi tal-imperatur.

Battalja[immodifika | immodifika s-sors]

Minkejja li numerikament kien żvantaġġjat, Olssufiev iddeċieda li jikkumbati minflok jirtira. Id-deċiżjoni tiegħu kienet influwenzata mit-tama żbaljata li kellu li jikseb rinforz f'waqtu mill-marixxal Blücher sabiex jevita d-diżastru milli jsir. Madanakollu, il-ħsieb tiegħu mar żmerċ għall-aħħar u wara ħames sigħat ta' reżistenza t-truppi Russi ġew imdawrin mill-kavallerija Franċiża. Għal Olssufiev kien diżastru totali fejn aktar minn nofs in-nies tiegħu nqatlu u hu stess ittieħed bħala priġunier. Il-Franċiżi, min-naħa tagħhom, tilfu tliet mitt ruħ, fosthom il-Ġeneral Joseph Lagrange.

Referenzi[immodifika | immodifika s-sors]

  1. ^ Chandler, David. Dictionary of the Napoleonic wars. Wordsworth editions, 1999. pġ 87.

Ħoloq esterni[immodifika | immodifika s-sors]