Baskin-Robbins

Minn Wikipedija, l-enċiklopedija l-ħielsa
Baskin-Robbins

Baskin-Robbins hija kumpanija Amerikana bl-imnut li tispeċjalizza fil-ġelat u l-kejkijiet. Ibbażata f'Canton, Massachusetts, hiija twaqqaf fl-1945 minn Burt Baskin u Irv Robbins fi Glendale, California. Huma jsostnu li din hija l-akbar katina ta' ħwienet tal-ġelat fid-dinja, b'7,500 post, inklużi kważi 2,500 ħanut fl-Istati Uniti u aktar minn 5,000 f'pajjiżi oħra mit-28 ta' Diċembru, 2013. Baskin-Robbins tbiegħ il-ġelati fi kważi 50 pajjiż.