Barriera

Minn Wikipedija, l-enċiklopedija l-ħielsa
Aqbeż lejn: navigazzjoni, fittex

F’kull pajjiz, il-bini jsir bil-materjali l-aktar faċli li jinsab fuq il-post. F’xi artijiet jibnu bċejjeċ tal-ġebel bit-tajn, orħajn juzaw il-qasab, injam, silġ, dejjem skond il-post u l-klima. Fil-ġzejjer tagħna, għandna x-xorti li nsibu ġebel tajjeb u faċli jinħadem għall bini.

l-aktar li nużaw huwa l-ġebel li jissejaħ “tal-franka”, u għal xogħol li jinħtieġ ġebel aktar iebes insibu l-blat “tal-qawwi” jew “taż-żonqor”. Qabel isir il-bini, irid jinqata’ l-materjal, li għalina huwa l-ġebel, mill-barrieri. Fiż-żmienijiet ta’ llum hemm makkinarju li jaqta’ l-gebel malajr, iżda ta’ qabilna kellhom jaqtgħu l-ġebel bl-għodda ta’ l-idejn. Il-ġebel kien irid jinqata’ tajjeb biex jintuza bhala ċnagen jew katuni biex jinbnew il-ħitan, kif ukoll bħala xorok ċatti u twal għas-soqfa. Fil-barriera kienu jużaw l-aktar il-baqqun. Bqaqen kien hemm diversi għamliet, skond il-fond ta’ gandotti jew trinek li kien hemm bżonn isiru. Biex jaqtgħu l-blat, dejjem kien hemm bżonn li isir trikna madwar il-blokki li kellhom jaqtgħu. Aktar kemm Kinet tkun fonda t-trikna, aktar il-manku tal-baqqun kien ikun twil, u aktar ix-xogħol irid isir bl-attenżżjoni biex tinżamm linja dritta l-isfel. Xi bqaqen kellhom manku twil erba’ piedi jew aktar.

Fix-xogħol tal-barriera jkun hemm bosta xogħol iehor, bħal tlugħ u nżul, bis-slielem, t-tarjoli, grabji ta’ ġebel fuq karretuni kbar miġbudin mill-bgħula. Biex il-karrettun jinżel fil-barriera kienu jħallu rampa għan-niżla. Biex il-karrettun ma jimbutax il-bħala l-isfel f’din in-niżla, mhux biss kienu jagħlqulu l-krikk (Jew brake), imma kienu jorbtu xi kantuni wara l-karrettun, biex dawn ikaxkarhom warajħ, b’hek bit-toqol tagħhom ma jiħux rankatura għal isfel.