Bandiera ta' Malta

Minn Wikipedija, l-enċiklopedija l-ħielsa
Aqbeż lejn: navigazzjoni, fittex
Flag ratio: 2:3

Skont il-kostituzzjoni ta' Malta, il-bandiera nazzjonali għandha żewg strixxi weqfin u ndaqs, bl-istrixxa tan-naħa tax-xellug tkun bajda, filwaqt li l-oħra ħamra.

Fil-kantuniera ta' fuq fin-naħa tax-xellug tal-bandiera hemm il-George Cross b'burdura ħamra, li jirrappreżenta l-unur li ngħata lill-poplu Malti mir-Re Ġorġ VI tal-Ingilterra fil-15 ta' April, 1942 għall-kuraġġ u l-qlubija li wera fit-Tieni Gwerra Dinjija.

Il-wisa' tal-bandiera għandha tkun darba u nofs daqs it-tul tagħha.

L-Emblema ta' Malta hija bbażata fuq il-bandiera.

Oriġini tal-bandiera Maltija[editja]

Għalkemm l-oriġini tal-bandiera Maltija mhumiex aċċertati, ħafna jsostnu li l-ilwien abjad u aħmar bdew jintużaw minn żmien il-ħakma tal-Konti Ruġġieru I ta' Sqallija, li ħa l-gżejjer minn taħt l-Għarab fl-1090.

Referenzi[editja]