Bandiera ta' Malta

Minn Wikipedija, l-enċiklopedija l-ħielsa
Flag ratio: 2:3

Skont il-kostituzzjoni ta' Malta, il-bandiera nazzjonali għandha żewg strixxi weqfin u ndaqs, bl-istrixxa tan-naħa tax-xellug tkun bajda, filwaqt li l-oħra ħamra.

Fil-kantuniera ta' fuq fin-naħa tax-xellug tal-bandiera hemm il-George Cross b'bordura ħamra, li jirrappreżenta l-unur li ngħata lill-poplu Malti mir-Re Ġorġ VI tal-Ingilterra fil-15 ta' April, 1942 għall-qlubija li wera fit-Tieni Gwerra Dinjija.

Il-wisa' tal-bandiera għandha tkun darba u nofs daqs it-tul tagħha.

L-Emblema ta' Malta hija bbażata fuq il-bandiera.

Oriġini tal-bandiera Maltija[immodifika | immodifika s-sors]

Għalkemm l-oriġini tal-bandiera Maltija m'humiex aċċertati, ħafna jsostnu li l-ilwien abjad u aħmar bdew jintużaw minn żmien il-ħakma tal-Konti Ruġġieru I ta' Sqallija, li ħa l-gżejjer minn taħt l-Għarab fl-1090.

Aqra: Il-Bandiera ta' Malta - Bejn leġġendi u fatti: https://kliemustorja.com/2021/01/08/il-bandiera-maltija-bejn-leggendi-u-fatti/

Referenzi[immodifika | immodifika s-sors]