Assedju ta' Malta (1565)

Minn Wikipedija, l-enċiklopedija l-ħielsa
Aqbeż lejn: navigazzjoni, fittex
Assedju ta' Malta
Siege of malta 1.jpg
Il-wasla tat-Torok f'Malta
Data 18 ta' Mejju – 11 ta' Settembru, 1565
Post Malta
Riżultat Rebħa tal-Kavallieri tal-Ordni ta' San Ġwann
Belliġeranti
Naval Ensign of the Ottoman Empire (1453–1793).svg Imperu Ottoman Flag of the Sovereign Military Order of Malta.svg Kavallieri ta' San Ġwann
Flag of Cross of Burgundy.svg Imperu Spanjol
Civil Ensign of Malta.svg Maltin
Kmandanti
Kızıl Ahmedli Mustafa Pasha
Piyale Pasha
Turgut Reis
Salih Reis
Uluç Ali Reis
Flag of the Sovereign Military Order of Malta.svg Jean de Valette
Goncales de Medran
Melchior de Robles
Kurunell Mas
Mathurin Romegas
Saħħa
22,000-48,000 6,100-8,500
Korruti
<25,000-35,000 2,500 truppi
7,000 ċivil
500 skjav

L-Assedju ta' Malta tal-1565, magħruf aktar bħala l-Assedju l-Kbir ta' Malta, kien assedju miġġieled fl-1565 bejn il-qawwa Ottomana li kienet assedjat lill-Kavallieri ta' San Ġwann, gvernaturi tal-gżejjer Maltin.

Il-Kavallieri rebħu dan l-assedju, wieħed mill-aktar assedju mdemmi fl-istorja u fost l-aktar qalil, u li fis-seklu sittax kien avveniment li biddel wiċċ l-Ewropa. Il-filosfu Voltaire jgħid dwar dan l-assedju, "Xejn mhu magħruf aktar mill-assedju ta' Malta". Din kellha tkun l-aħħar theddida Ottomana fl-Ewropa, b'din il-battalja tkun l-aħħar wiċċ imb wiċċ għall-ġlieda bejn il-forzi Kristjani u dawk Ottomani għall-kontroll tal-Mediterran.

L-Assedju[editja]

Kien fit-18 ta' Mejju, 1565 meta fuq ix-xefaq dehret il-flotta Ottomana mmexxija minn Pijali Paxà bħala Ammirall tal-flotta u Mustafà Paxà bħala ġeneral tat-truppi. L-Ottomani niżlu l-art b'40,000 suldat u tellgħu l-kampijiet tagħhom fil-kampanja l-ikbar wieħed kien fil-wita tal-Marsa.

L-Ordni tal-Kavallieri ta' San Ġwann kien immexxi mill-Gran Mastru Jean Parisot de la Valette. La Valette kellu madwar 9,000 raġel taħt l-armi li minnhom 592 kienu kavallieri. Il-biċċa l-kbira minnhom irġiel Maltin. Mill-bidu kien hemm diżgwit bejn il-Ġenerali Ottomani. Mustafà ried li jieħu lil Għawdex taħt idejh billi jirbaħ iċ-Ċittadella u jokkupa l-Imdina b'hekk jifdal il-Forti Sant'Iermu, il-Birgu u l-Isla. Pijali ma qabilx mal-pjan għax ried li l-ewwel jikseb port tajjeb u kenni għall-flotta. Għalhekk Pijali ried li l-ewwel jiġi attakkat il-forti Sant'Iermu u wara li jintrebaħ il-forti u l-flotta tkun sigura fil-port ta' Marsamxett isiru l-attakki biex tintrebaħ il-gżira. Meta tniżżlu t-truppi u twaqqfu l-kampijiet bdew l-attakki mill-ewwel fuq il-forti Sant'Iermu. Wara ġimagħtejn wasal Dragut bil-flotta tiegħu. U żdiedu l-attakki fuq il-forti li kien meqjus bħala l-iktar wieħed inferjuri mit-tlieta.

Il-Kavallieri u l-Maltin li kienu fil-forti għamlu reżistenza kbira u meta bdew jaqtgħu qalbhom għax kienu waslu fl-aħħar u talbu lil La Valette biex iħallihom iċedu, La Valette bagħat risposta li jekk iċedu jmur hu nnifsu b'nies oħra. Fl-aħħar wara iżjed minn xahar ġlied il-forti Sant'Iermu mfarrak għal kollox waqa' f'idejn l-Ottomani fit-23 ta' Ġunju, 1565. Meta l-Ottomani daħlu f'Sant'Iermu qabdu l-katavri tal-Kavallieri u l-Maltin, fetħulhom sidirhom forma ta’ salib u wara li rabtuhom mal-injam u tefgħuhom fil-port lejn in-naħa tal-Birgu u l-Isla. La Valette b'risposta qata' ras il-priġunieri kollha u ordna li rjushom jiġu sparati lejn Sant'Iermu (li kien f'idejn l-Ottomani).

L-Ottomani tilfu mat-8,000 raġel u lil Dragut innifsu, li miet b’daqqa ta' ġebla, kumparat mal-ammont żghir ta' nies li tilfu l-Kavallieri.

La Valette talab l-għajnuna lil Viċirè ta' Sqallija għal ħafna drabi. Wara xi żmien waslu 1,200 suldat taħt it-tmexxija ta' Don Garcia. La Valette ipprotesta ħafna u qal li ammonti żgħar ta’ suldati mhux sa jagħmlu differenza. La Valette, biex ibeżża' lill-Ottomani, kabbar kemm felaħ din l-għajnuna.

Wara li waqa' Sant'Iermu, Mustafà u Pijali dawru ħsiebhom lejn il-Birgu u l-Isla fejn għamlu diversi attakki fuq iż-żewġ postijiet. Attakk kbir li sar kien fuq l-Isla meta ġiet attakkata minn mijiet ta' suldati minn fuq dgħajjes fil-baħar u mill-art. Attakk kbir iehor kien sar fuq il-Birgu u ġie rtirat meta niżlet il-kavallerija tal-Ordni mill-Imdina u għamlet ħerba mill-kamp tal-Ottomani.

Fl-aħħar waslet għajnuna minn Sqallija ta' 7,850 raġel fis-7 ta' Settembru. Il-ġenerali Ottomani ħasbu li x-xniegħa li kien hemm, dik li ġejja għajnuna kbira minn Sqallija kienet seħħet u peress li kien hemm bidu ta' imxija fost it-truppi Ottomani minħabba li l-bjar tal-ilma viċin il-kampijiet kienu ġew imħassra mill-Maltin (jingħad li ntefgħu xi katavri ta' annimali mejta fihom), u li ukoll kien qiegħed jasal fi tmiemu l-istaġun tat-tbaħħir iddeċidew li jirtiraw it-truppi tagħhom minn Malta. Għalhekk dakinhar ingħatat l-irtirata ġenerali u sal-għada 8 ta' Settembru, 1565 it-truppi Ottomani ħallew ix-xtut tal-gżejjer Maltin.

Il-ħarba tal-Ottomani

Għadhom jissemmew ħafna xi nies Maltin li b'kuraġġ issieltu fl-Assedju, fosthom Toni Bajjada li kien jaqsam mill-Birgu sal-Belt bl-għawm u wara jibqa' tiela' minn qalb it-Torok bil-messaġġi ta' La Valette lejn l-Imdina. Jissemmew ukoll persuni ta' ħila li kienu jbaħħru bejn Malta u Sqallija jwasslu l-aħbarijiet tal-gwerra.

Wara[editja]

Id-data tat-8 ta' Settembru għadha titfakkar kull sena b'festa nazzjonali f'Malta, u magħha żdiedet it-tifkira ta' meta ntemm it-tieni Assedju ta' Malta meta fit-8 ta' Settembru 1943 l-Italja ffirmat l-Armistizzju. Din il-ġurnata hi magħrufa bħala Jum il-Vitorja

Ara wkoll[editja]

Ħoloq esterni[editja]