Arkitettura Moderna

Minn Wikipedija, l-enċiklopedija l-ħielsa

Aqbeż lejn: navigazzjoni, fittex

Din hija sena ta bin. L-epoka medjevali hija dik l-epoka li fiha Malta għaddiet minn storja mqallba, u għal ħafna żmien kienet il-ġugarell ta’ bosta ħakkiema barranin: l-Għarab, in-Normanni, l-Anġuvini u l-Aragoniżi. L-Għarab damu ħafna hawn Malta iżda minkejja l-preżenza b’saħħitha tal-kultura Musulmana, tajjeb ngħidu li f’Malta u Għawdex ma nsibu l-ebda xhieda ta’ bini ta’ żmien l-Għarab bħal Moskej. Għalkemm ma fadal l-ebda bini tal-perjodu Għarbi, wieħed għadu jista’ jara xi fdalijiet ta’ influwenza arkittetonika Għarbija f’xi bini Medjevali fl-Imdina u anke f’xi ftit irħula Maltin. Fost dawn wieħed jista’ jsemmi s-siqifah, li kien bħal pajġġ mgħotti b’arkata pjuttost ippuntata. Nsibu wkoll il-miglis, li hija kamra bi stil orjentali fejn kienu jintlaqgħu in-nies, id-dukkien (bankijiet tal-ġebel) u fl-aħħarnett il-muxrabija, li kienet kaxxa tal-ġebel jew tal-injam fil-faċċata ta’ xi dar biex is-sid ikun jista’ jittawwal għal barra mingħajr ma jkun qiegħed jidher. Bosta rħula Maltin, kif juri l-prefiss Ħal bħal f’Ħal Kirkop, probbabilment żviluppaw fil-perjodu Għarbi.

[editja] Barokk

Il-Barokk jintrabat ħafna mal-perjodu li fih Malta kienet taħt il-Kavallieri. Dan huwa stil li jenfasizza l-pompożità u l-grandjożità fl-arti u fl-arkitettura. Huwa ż-żmien ta’ Carapecchia, Michelangelo Merisi de Caravaggio, Mattia Preti u ħafna artisti famużi oħrajn. Il-faċċati tal-bini Barokk huma normalment imżejna b’ħafna motivi skulturali f’diversi partijiet tagħhom. Dan ġab miegħu ukoll il-chiaroscuro, teknika li permezz tagħha l-artist joħloq kuntrast bejn id-dawl u d-dlam fil-kompożizzjoni tiegħu. Il-kon-katidral, minkejja l-faċċata ta’ stil Mannerista, huwa l-aqwa eżempju tal-Barokk f’Malta. Dan jikkonsisti f’ħafna affreski, figuri allegoriċi ta’ nies fl-Ordni kif ukoll mawsolea ċelebri.!

ahna l-maltin ghandna nkunu kburin bdan kollu li ghadna madwarna :)