Antonio Valencia

Minn Wikipedija, l-enċiklopedija l-ħielsa

Aqbeż lejn: navigazzjoni, fittex
Antonio Valencia Football pictogram.svg
Antonio Valencia Ecu vs. Col.jpg
Informazzjoni personali
Isem sħiħ Luis Antonio Valencia Mosquera
Twelid 4 ta' Awwissu 1985 (1985-08-04) (età 24)
Lago Agrio
Pajjiż Bandiera tal-Ekwador Ekwador
Tul 1.81 m
Rwol Ġwejnħa
Informazzjoni fuq il-klabb
Klabb kurrenti Manchester United
Numru 24
Klabbs ġovanili
1999–2001
2001–2004
Caribe Junior
El Nacional
Klabbs professjonali
Snin Klabb Preż (Gwl)*
2003–2005
2005–2008
2005–2006
2006–2008
2008–2009
2009–
El Nacional
Villarreal
Recreativo (self)
Wigan Athletic (self)
Wigan Athletic
Manchester United
84 (20)
02 0(0)
14 0(1)
36 0(1)
47 0(6)
00 0(0)   
Tim nazzjonali
2005– Ekwador 38 0(4)

* Preżenzi (Gowls)

Luis Antonio Valencia Mosquera (Lago Agrio, 4 ta' Awwissu 1985) hu plejer tal-futbol Ekwadorjan li attwalment jinsab jilgħab mat-tim ta' Manchester United u t-tim nazzjonali tal-Ekwador.

Werrej

[editja] Karriera

Valencia beda l-karriera tiegħu ma' El Nacional, u fl-2005 ittrasferixxa għal mat-tim Spanjol ta' Villarreal.[1] Madankollu, hu ġie msellef lil Recreativo de Huelva għal parti sostanzjali tal-istaġun 2005–06.

Fit-3 ta' Awwissu 2006, Valencia ingħaqad mal-klabb tal-Premier League Ingliż Wigan Athletic għal sena taħt self. Il-kowċ Paul Jewell ikkumenta fuq Valencia: "Antonio hu xi ħaġa ġdida għal Wigan. Bħal ħafna Sudamerikani, hu jħaddan ħafna kapaċitajiet u din jikkombinaha ma' pass mgħaġġel u ħidma bla qatigħ fuq il-grawnd. Hu lagħab fl-Ewropa għal staġun, u jien konvint li hu għandu l-attributi neċessarji biex jagħmel suċċess fil-Premiership."[2] Id-debutt tiegħu wasal fid-19 ta' Awwissu 2006, fit-telfa ta' 2–1 kontra Newcastle United, u skorja l-ewwel gowl tiegħu fil-21 ta' Ottubru 2006 kontra Manchester City. Il-perjodu ta' self ġie estiż għas-sena segwenti, u fit-18 ta' Frar 2008 issiġilla permanentament il-passaġġ tiegħu mal-klabb Ingliż, fejn iffirma kuntratt ta' tliet snin u nofs.[3]

Il-forma eċċellenti laqtet l-għajn ta' klabbs importanti matul is-suq tat-trasferimenti tas-sajf 2008, fosthom Manchester United[4] u Liverpool,[5] fejn finalment ittrasferixxa fl-istaġun segwenti ma' Manchester United, għal kuntratt ta' erba' snin.[6]

[editja] Internazzjonali

L-ewwel dehra internazzjonali ta' Valencia mat-tim nazzjonali tal-Ekwador kienet f'partita valida għall-kwalifikazzjoni għat-Tazza tad-Dinja kontra l-Paragwaj fis-27 ta' Marzu 2005, fejn skorja doppjetta fir-rebħa Ekwadorjana bl-iskor ta' 5–2. Hu lagħab f'isem l-Ekwador fil-fażi finali tat-Tazza tad-Dinja 2006 li saret fil-Ġermanja, u kien nominat fit-tim ideali tal-FIFA, lista li tirrikonoxxi l-aqwa plejers għal kull pożizzjoni matul it-Tazza tad-Dinja. Hu kien nominat ukoll bħala wieħed mis-sitt kandidati għall-unur ta' L-Aqwa Plejer Żagħżugħ.[7] Lukas Podolski kien ir-rebbieħ eventwali, anke jekk ir-riżultati uffiċjali tas-sondaġġ imwassal mis-sit tat-Tazza tad-Dinja 2006 urew lil Valencia fil-vantaġġ.

[editja] Unuri

[editja] Klabb

Bandiera tal-Ekwador El Nacional

[editja] Referenzi

  1. ^ Villarreal bag duo (Ingliż), Sky Sports, 07-06-2005 (Aċċessata nhar il-04-06-2009).
  2. ^ Wigan snap up Ecuador's Valencia (Ingliż), BBC Sport, 03-08-2006 (Aċċessata nhar il-01-04-2007).
  3. ^ Wigan finalise swoop for Valencia (Ingliż), BBC Sport, 18-01-2008 (Aċċessata nhar il-18-01-2008).
  4. ^ Ferguson knows top four targets (Ingliż), 17-04-2008 (Aċċessata nhar il-17-04-2008).
  5. ^ Wigan confirm interest in duo (Ingliż), 14-05-2008 (Aċċessata nhar il-09-06-2008).
  6. ^ United sign Valencia (Ingliż). Manutd.com (30-06-2009). Aċċessata nhar il-30-06-2009.
  7. ^ Six Gillette Best Young Player nominees chosen (Ingliż), 04-07-2006 (Aċċessata nhar il-21-03-2008).

[editja] Ħoloq esterni