Antonio Luna Rodríguez

Minn Wikipedija, l-enċiklopedija l-ħielsa
Aqbeż lejn: navigazzjoni, fittex
Antonio Luna
Antonio Luna Rodriguez 2011.jpg
Informazzjoni personali
Isem sħiħ Antonio Manuel Luna Rodríguez
Twelid 17 ta' Marzu 1991 (1991-03-17) (23 sena)
Son Servera
Pajjiż Bandiera ta' Spanja Spanja
Tul 1.77 m
Rwol Difensur xellugi
Informazzjoni fuq il-klabb
Klabb kurrenti Aston Villa
Numru 14
Klabbs ġovanili
Sevilla
Klabbs professjonali*
Snin Klabb Preż Gwls
2009–2011 Sevilla B 32 (1)
2010–2013 Sevilla 20 (1)
2011 Almería (self) 13 (0)
2013 Mallorca (self) 11 (0)
2013– Aston Villa 3 (1)
Tim nazzjonali
2009 Spanja U19 3 (0)
2011 Spanja U20 5 (0)
* Il-preżenzi u l-gowls fil-karriera professjonali huma validi biss għall-kampjonat domestiku.
Aġġornament: 10:25, 11 Settembru 2013 (UTC)

Antonio Manuel Luna Rodríguez (Son Servera, 17 ta' Marzu 1991) huwa futboler professjonali Spanjol li jilgħab bħala difensur xellugi mal-klabb Ingliż ta' Aston Villa.

Karriera[editja]

Imwieled f'Son Severa, fil-Gżejjer Baleariċi, Luna beda l-karriera professjonali tiegħu mat-tim tar-riservi ta' Sevilla fis-Segunda División B. Hu ddebutta mat-tim tal-kbar fil-15 ta' Mejju fil-logħba mirbuħa bl-iskor ta' 3–2 kontra Almería, biex b'din ir-rebħa kisbu l-aħħar post allokat għall-UEFA Champions League.[1] Erbat ijiem wara lagħab il-finali tal-Copa del Re, fir-rebħa ta' 2–0 kontra Atlético Madrid.

Fid-19 ta' Jannar 2011, Luna ġie misluf lil Almería sa tmiem l-istaġun fejn minkejja li okkupa post regulari fit-tim, ma setax jipprevjeni r-relegazzjoni tat-tim mill-ogħla diviżjoni. Mar-ritorn tiegħu ma' Sevilla lagħab 14-il logħba tal-kampjonat fl-2011–12, u skorja l-ewwel gowl tiegħu fit-telfa ta' 2–1 kontra Málaga. It-tieni nofs tal-istaġun qattgħu b'self lil Mallorca fejn għal darb'oħra kellu jsofri relegazzjoni oħra.

Fl-20 ta' Ġunju 2013, Aston Villa ħabbru l-akkwist ta' Luna b'kuntratt ta' tliet snin.[2] Luna għamel id-debutt għal Aston Villa fis-17 ta' Awwissu u skorja kontra Arsenal fir-rebħa ta' 3–1.

Unuri[editja]

Klabb[editja]

Spanja Sevilla

Referenzi[editja]

  1. ^ (Ingliż) Almeria 2 - 3 Sevilla FC. ESPN Soccernet, 15 ta' Mejju 2010. Aċċess tal-URL: 13 ta' Diċembru 2012.
  2. ^ (Ingliż) Full-back Luna excited to sign for "historic and huge" Villa. Aston Villa FC, 20 ta' Ġunju 2013. Aċċess tal-URL: 20 ta' Ġunju 2013.

Ħoloq esterni[editja]