Andrea Poli

Minn Wikipedija, l-enċiklopedija l-ħielsa
Andrea Poli
]
Informazzjoni personali
Twelid9 ta' April 1985 (1985-04-09) (38 sena)
Vittorio Veneto, Italja
Tul1.82 m
RwolMidfilder
Informazzjoni fuq il-klabb
Klabb attwaliAntalyaspor
Karriera professjonali
SninKlabb
2006–2007Treviso
2007–2013Sampdoria
2008–2009Sassuolo (self)
2011–2012Inter (self)
2013–2017Milan
2017–2021Bologna
2021–Antalyaspor
Tim nazzjonali
2009–2010Italja U-21
2012–2014Italja

Andrea Poli (twieled fid-29 ta' Settembru 1989) huwa plejer tal-futbol Taljan li jilgħab bħala midfilder.

Karriera[immodifika | immodifika s-sors]

Andrea Poli ma' Sampdoria

Poli beda il-karriera tiegħu fis-Serie B mal-klabb ta' beltu Treviso. Fil-31 ta' Jannar 2007 huwa ffirma mal-klabb tas-Serie A Sampdoria imma ġie misluf minnufih lura ma' Treviso biex fl-aħħar tal-istaġun mar lura ma' Sampdoria. Fl-4 ta' Novembru, Poli ddebutta fis-Serie A fit-telfa ta' 3–0 kontra Cagliari. Għall-istaġun 2008–09 ġie misluf lill-klabb ta' Sassuolo fis-Serie B, fejn kien strumentali biex it-tim jilħaq ir-raba' post fil-klassifika. Fis-sena 2011 huwa kien parti mit-tim ta' Sampdoria li safa relegat għas-Serie B wara li spiċċa fit-18-il post tas-Serie A.

Fid-29 ta' Awwissu 2011, Poli ngħaqad ma' Inter b'self għal staġun, bil-klabb minn Milan ikollu l-għażla li jakkwistah b'mod permanenti fl-aħħar tal-istaġun. Poli skorja l-ewwel gowl tiegħu ma' Inter fil-Coppa Italia kontra Genoa, fir-rebħa ta' 2–1 nhar id-19 ta' Jannar 2012.

Fit-8 ta' Lulju 2013, Poli ngħaqad ma' Milan biex sar it-tielet akkwist tas-sajf 2013. Bil-flokk numru 16, l-istess bħalma kien jilbes ma' Sassuolo u Sampdoria, hu ddebutta fl-20 ta' Awwissu 2013 fil-logħba preliminari tal-UEFA Champions League kontra PSV Eindhoven. Erbat ijiem wara, Poli huwa skorja l-ewwel gowl tiegħu fil-kamjonat, fil-logħba li Milan tilfu bl-iskor ta' 2–1 kontra Hellas Verona.

Internazzjonali[immodifika | immodifika s-sors]

Poli ntgħażel mill-kowċ tat-tim nazzjonali Taljan, Cesare Prandelli, u ddebutta fil-logħba ta' ħbiberija kontra l-Ingilterra, li l-Italja tilfu 2–1. Hu skorja l-ewwel gowl tiegħu f'logħba oħra ta' ħbiberija, din id-darba kontra San Marino fil-31 ta' Mejju 2015.

Ħoloq esterni[immodifika | immodifika s-sors]