Alleati tat-Tieni Gwerra Dinjija

Minn Wikipedija, l-enċiklopedija l-ħielsa

Artiklu prinċipali: It-Tieni Gwerra Dinjija.

L-Alleati tat-Tieni Gwerra Dinjija kienu l-pajjiżi li jopponu l-qawwiet tal-Assi matul it-Tieni Gwerra Dinjija. Fost il-ħafna ġnus li daħlu f'din l-Alleanza, l-Imperu Brittaniku, l-Unjoni ta' Repubbliċi Soċjalisti Sovjetiċi, u l-Istati Uniti tal-Amerka kienu magħrufa bħala t-"Tlieta l-Kbar". Il-President Amerikan Franklin D. Roosevelt kien jirreferi għal dawn it-tlieta u għaċ-Ċina bħala l-"Erba' Pulizjotti". Il-Polonja u Franza, qabel it-telfa tal-1940 u wara Operazzjoni Torch kienu kkunsidrati bħala alleati maġġuri.

Matul Diċembru tal-1941, Roosevelt ħareġ bl-isem ta' "Ġnus Magħquda" għall-Alleati, u d-Dikjarazzjoni mill-Ġnus Magħquda, ta l-1 ta' Jannar, 1942, kienet il-bażi li fuqa nbiet l-istituzzjoni moderna. Fil-Konferenza ta' Potsdam ta' Lulju-Awwissu 1945, is-suċċessur ta' Roosevelt, Harry S. Truman, ippropona li l-ministri għall-affarijiet barranin taċ-Ċina, Franza, l-Unjoni Sovjetika, ir-Renju Unit u l-Istati Uniti "għandhom joħorgu bi trattati ta' paċi u deċizjonijiet fuq il-konfini," li wassal għall-ħluq tal-Kunsill tal-Ministri Barranin.