Alessia Marcuzzi

Minn Wikipedija, l-enċiklopedija l-ħielsa
Aqbeż lejn: navigazzjoni, fittex

Alessia Marcuzzi (Ruma, 11 ta' Novembru 1972) hi attriċi u preżentatriċi Taljana.

Werrej

Karriera televiżiva [editja]

Ikkonduċiet diversi programmi televiżivi. Il-karriera tagħha bdiet f'Tele MonteCarlo fejn inizzjalment ikkonduċiet "Attendi al dettaglio" u kienet parteċipanta fil-programm "Qui si gioca". Suċċessivament ipparteċipat fi programm għaż-żgħażagħ "Amici Mostri" u "Novantatrè" flimkien ma' Umberto Smaila. Il-karriera tagħha bdiet tieħu spinta 'l quddiem minħabba wkoll il-bellezza naturali tagħha, il-karattru tagħha u l-grinta li għandha.

Fl-1994, flimkien ma' Gigi Sabani, ippreżentat il-programm "Il grande gioco dell'oca" fuq Rai Due u wara għaddiet għal Mediaset fejn ikkonduċiet "Colpo di Fulmine". Minn dak inhar ippreżentat trażmissjonijiet bħall-Festivalbar (f'7 edizzjonijiet), "Fuego", "Mai dire Gol", u fl-2001, bdiet tikkonduċi flimkien ma' Paolo u Luca il-programm "Le Iene" u kompliet bħala parti mill-programm sa l-2006. Fl-2005 ikkonduċiet ukoll "Scherzi a parte" flimkien ma' Diego Abatantuono u Massimo Boldi.

Kienet parti minn xi films bħal Il mio West ta' Giovanni Veronesi (1998), u f'serje oħra televiżivi bħal Tequila e Bonetti maġenb Jack Scalia (2000) u it-tielet, ir-raba' u l-ħames serje ta' Carabinieri.

Hi hi protagonista ta' diversi spot pubbliċitari. Marcuzzi ppożat bla ħwejjeġ għall-kalendarji fl-1998 għar-rivisti Max u Panorama rispettivament.

Fl-2006 ippreżentat is-sitt edizzjoni tal-Grande Fratello, fl-2007 is-seba' edizzjoni u fl-2008 it-tmien edizzjoni. Barra minn hekk, mill-2007, hi hi l-protagonista femminili tal-fizzjoni "Il giudice Mastrangelo 2" maġenb Diego Abatantuono u Antonio Catania.

Ħajja privata [editja]

Għandha tifel, jismu Tommaso, mill-plejer Simone Inzaghi (li jiġi ħu Filippo Inzaghi) u li wara sseparaw. Attwalment qegħdha f'relazzjoni mal-plejer ta' Chelsea Carlo Cudicini.

Televiżjoni [editja]

Filmografija [editja]

Ċinema [editja]

Ħoloq esterni [editja]