Ġużeppi Mercieca

Minn Wikipedija, l-enċiklopedija l-ħielsa
Aqbeż lejn: navigazzjoni, fittex
Ġużeppi Mercieca

Ġużeppi Mercieca (Ir-Rabat (Għawdex), 11 ta' Novembru 1928) hu l-Arċisqof Emeritu tal-Arċidjoċesi ta' Malta.

Bijografija [editja]

Imwieled fil-Belt Victoria, fil-gżira ta' Għawdex, hu ġie ordnat saċerdot fit-8 ta' Marzu 1952 ġewwa l-Bażilka ta' San Ġorġ, fl-istess Rabat, Għawdex. Fid-29 ta' Settembru 1974 ġie kkonsagrat bħala Isqof awżiljarju mill-Arċisqof Mikiel Gonzi, Mons. Nikol Ġużeppi Cauchi u Mons. Francesco Ricceri.

Fid-29 ta' Novembru 1976, Mons. Mercieca sar is-suċċessur ta' Mons. Mikiel Gonzi fil-gwida tal-Arċidjoċesi ta' Malta. F'din il-pożizzjoni dam għal kważi 34 sena, fejn fit-2 ta' Diċembru 2006 ħalla postu wara li laħaq il-limitu ta' età biex ikompli jservi f'din il-kariga. Is-suċċessur attwali tiegħu hu Mons. Pawlu Cremona.

Ħoloq esterni [editja]

Predeċessur
Mikiel Gonzi
Arċisqof ta' Malta
1976–2006

Suċċessur
Pawlu Cremona