Ġużè Diacono

Minn Wikipedija, l-enċiklopedija l-ħielsa
Aqbeż lejn: navigazzjoni, fittex

Ġużè Diacono, bin Francis Xavier u Victoria, mwielda Meli, twieled fil-Belt Valletta fl-24 ta’ Novembru, 1912 u miet fl-2002. Huwa awtur ta’ bosta kitba letterarja. Studja fl-iskola Stella Maris (Sliema), St.Paul’s (Valletta) u fl-Università ta’ Malta, fejn kiseb id-Diploma ta’ Prokuratur Legali (1938); iżda flok il-professjoni legali għażel dik letterarja, ta’ ruħu għall-ġurnaliżmu, beda bħala 'News Editor' tat-"Times of Malta", aġixxa ta’ editur tas-"Sunday Times of Malta" u għal xi żmien kien korrispondent tar-Reuter; fi żmien il-Gwerra, 1939-1945, ġie trasferit fir-redazzjoni ta’ "Il-Berqa", waqqaf il-paġna ta’ li "sports" bil-Malti u ħtieġlu joħloq diversi espressjonijiet sportivi u b’din il-kitba miġbura nsibu sħieħa ta’ l-arti tal-futbol lokali: fetaħ il-paġna ta’ kuljum tal-fiction u bdieha bit-traduzzjoni ta’ "The Rosary", ir-rumanz magħruf ta’ Florence L.Barclay.

Ġużè Diacono

Din il-paġna għadha tixxandar sal-lum, 1960, b’kontribuzzjonijiet ta’ diversi awturi Maltin, xjuħ u żgħażagħ, iżda l-biċċa l-kbira huma ta’ Diacono. Xandar bosta taħditiet minn fuq ir-Rediffusion speċjalment fis-serje Kotba x’taqra u tagħrif u tagħlim dwar l-arti drammatika. It-traduzzjonijiet tiegħu mill-Ingliż u l-Franċiż ta’ letteratura ta’ awturi kbar għanew ħafna l-letteratura Maltija. Il-kitba ta’ Diacono hi realistika, naturali, oġġettiva skond is-suġġett: rumanz, novella, rakkont, dramm, kummiedja. Dan nosservawh fid-drammi tiegħu.

Huwa kien membru akkademiku tal-Għaqda tal-Kittieba tal-Malti; ko-fundatur tal-Għaqda ta’ Awturi Maltin. Irreveda u ppublika d-dizzjunarju Ingliż – Malti ta’ Dun Karm Psaila.



Pubblikazzjonijiet:

Drammi

• Salib ħaddieħor

• Ruħ Imxekkla

• L-Għarajjes

• Id-Dar il-Kbira

• Nebħ il-hemm

• Ħaddieħor

• L-Għarusa (1964)

• Kollox bis-sod

• Il-Maskri tar-Ruħ

• Magħkom nibqa’

• L-Għajn

• Ebda Jies

• L-Ixkora

• Ir-raġel li kienet tħobb (1954)

• Kemm Għaġġel! (1956)

• L-Ewwel Jien (1963)

• Il-Martri ta’ l-Unganda (1964)

• Erwieħ Marbuta (1966)

Novelli

• Serenata

• Il-Ġnien

• Kif sar sinjur

• Il-Qanpiena misħuta

• Qrara ta’ mejta

• Iz-Zija Tonin jagħmel biċċa xogħol

• Qatel lil Martu

• L-Kagħka tas-Sinjura Kamilla

• Dak li nħallu warajna

• Missieri u ħija u ommi

• Gaspard imfejjaq

• Sidtna ta’ Guadalupe

• Il-Milied ta’ Kelinu

• Tancredi

• Rica u Tancredi

• It-Tfajla li pinġiet imrewħa

• Seba’ Sigħat

• Pjanista u Mara

• Dinja Tiegħu

• Ulied il-Qanfud

Għodda personali
Spazji tal-isem

Varjanti
Azzjonijiet
Navigazzjoni
Komunità
Għodda