Ġużè Bonnici

Minn Wikipedija, l-enċiklopedija l-ħielsa
Aqbeż lejn: navigazzjoni, fittex
Ġużè Bonnici

Ġużè Bonnici (14 ta' Awwissu 1907 - 6 ta' Ottubru 1940) kien politiku u awtur.

Bin Pawlu u Ġovanna mwielda Debono, Ġużè Bonnici twieled il-Belt Valletta. Ħa l-edukazzjoni tiegħu fl-iskola primarja tal-Belt, is-Seminarju t'Għawdex u l-Università ta' Malta minn fejn ġab il-B.Sc. u Ph.C. fl-1927. Fl-1931 sar tabib. Huwa nħatar Kap tad-Dipartiment fl-Isptar Ċentrali. Fl-1934 iżżewweġ lil Evelyn Testa u kellu tlett itfal.

[editja] Politika

Ġużè Bonnici sar delegat tal-Partit Laburista fl-1926, ħames snin wara t-twaqqif tiegħu. Daħal fl-Eżekuttiv fl-1928. Fl-1931 ħareġ il-ktieb L-Istorja tal-Partit tal-Ħaddiema, fuq l-ewwel għaxar snin tal-Partit. Qatt ma kkontesta l-elezzjonijiet ġenerali, forsi għax miet ħesrem fl-età ta' 33 sena.

[editja] Ħidma għall-Ilsien Malti

Ġużè Bonnici kien wieħed mill-fundaturi u l-ewwel President tax-Xirka għat-Tixrid tal-Ilsien Malti. Fl-1931 waqqaf l-Għaqda tal-Malti (Università) ma' sieħbu Rużar Briffa, it-tnejn studenti tal-Mediċina. Bdew ukoll il-pubblikazzjoni Leħen il-Malti. Fl-1938 beda jippubblika Ġabra ta' Kitba Maltija, minn Dar tal-Pubblikazzjoni li beda hu stess fil-Belt, u f'sentejn ħareġ tnax-il ktieb, bl-għajnuna tal-Kaptan A.V.Laferla, il-Professur Saydon u Ġużè Chetcuti.

Kiteb ir-rumanzi:

  • Imħabba u mibegħda (1927) ġrajja ta' żmien il-Feniċi
  • Il-Qawwa tal-Imħabba (1938)
  • Ħelsien (1940)
  • Lejn ix-Xemx (1974)

Kiteb ukoll:

  • L-Istorja tal-Partit tal-Ħaddiema (1931)
  • It-Trobbija tat-Tfal (1932)
  • Il-Ġmiel ta' Ġisimna (1939)

Ġuzè Bonnici : ħidmietu u kitbietu hi teżi tal-Baċellerat fl-Arti (bl-Unuri) li Nora Sammut għamlet fl-Università ta' Malta fl-1974.

Għodda personali
Spazji tal-isem

Varjanti
Azzjonijiet
Navigazzjoni
Komunità
Għodda